10 snin fl-Unjoni Ewropea
Fid-diskors
tiegħi fil-Kunsill Ġenerali ta’ nhar is-Sibt sħaqt li għandna nkunu
kburin u li għandna niftaħru b’dak li flimkien irnexxielna niksbu għal
pajjiżna fl-aħħar snin. Flimkien bħala poplu, bis-saħħa tal-viżjoni u
t-tmexxija politika tal-Partit Nazzjonalista,
bdilna lil dan il-pajjiż għall-aħjar. Essenzjali għal dan kollu kienet
l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea bħal-lum 10 snin.
Intenni
l-appell li għamilt nhar is-Sibt li m’għandna nħallu lil ħadd jipprova
jgiddeb dak li għaddejna minnu. Ejja ma nħallux lill-Partit Laburista,
ejja ma nħallux lil Joseph Muscat, jivvinta u jikteb mill-ġdid l-istorja
li għixna flimkien.
No comments:
Post a Comment