Ir-rebħa ta' Antoinette
Nifraħ
lil Dr Antoinette Cutajar għal din ir-rebħa li minnha se jgawdu ħafna
ħaddiema oħrajn. Il-każ ta’ Dr Cutajar huwa prova oħra ta’ kemm il-Gvern
Laburista ta’ Joseph Muscat
jiġi jaqa’ u jqum mid-drittijiet li l-ħaddiema Maltin akkwistaw meta
dħalna membri fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-każ huwa prova oħra li dan
il-“moviment” mhux vera għandu għall-qalbu l-ħaddiema kollha, imma
jimpurtah biss minn dawk tal-qalba. Ir-rebħa ta’ Dr Cutajar għandha
tagħmel kuraġġ lil dawk il-ħafna ħaddiema oħrajn li jħossu li saret jew
li qed issir inġustizzja magħhom biex jiġġieldu għal dak li hu tagħhom.
Ikklikkja hawn għall-istorja minn TIMESOFMALTA.COM
No comments:
Post a Comment