Serq fil-wiċċ
Illum li l-prezz internazzjonali taż-żejt
jinsab fl-istess livelli tal-2010, int u jien qed inħallsu 25ċ iktar fuq
kull litru petrol u 28ċ iktar fuq kull litru diesel minn dakinhar (kif
jidher f’dawn il-press releases tal-Enemalta). Dan grazzi għal kif Joseph Muscat u Konrad Mizzi
rabtu l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel sal-aħħar tas-sena.
Dan mhux
għajr serq fil-wiċċ.
Imbagħad tisma’ lill-Prim Ministru jgħid li mhux
qed idaħħal taxxi ġodda biex jagħmel tajjeb għar-roħs tal-kontijiet
tad-dawl u l-ilma!
Għall-prezzijiet ta' Ottubru 2010: http://www.enemalta.com.mt/newsDetails.aspx?id=17871
Għall-prezzijiet ta' Mejju - Diċembru 2014 prices: http://www.enemalta.com.mt/newsDetails.aspx?id=18120
No comments:
Post a Comment