Published in The Malta Independent, 27 February 2014
When Alice met Humpty Dumpty in Lewis Carroll’s classic “Through the
Looking-Glass”, Humpty Dumpty engages in a manipulation of language,
redefining the meaning of words at will, establishing descriptions of
known words that suit his purposes: “'When I use a word,' Humpty Dumpty
said, in rather a scornful tone, 'it means just what I choose it to mean
— neither more nor less.'”
Humpty Dumpty may have now found his match in his ability at redefining
the meaning of words at will to suit his purposes. ‘Meritocracy’,
‘Malta tagħnalkoll’, ‘You can work with us even if you disagree with us“
mean just what Prime Minister Joseph Muscat chose them to mean.
Dr Muscat has been given the popular backing to deliver a government
for all, a government shrouded in humility, a government that listens, a
government that will set Malta at the top of the League of Nations, a
government that would fight corruption, and a government that would act
in the most professional of manners. He has the parliamentary majority
to take the political game to a new level. Instead he’s interpreting the
huge win in the last elections as a license to Humpty Dumpty his
electoral mandate.
Friday, February 28, 2014
Monday, February 24, 2014
Arloġġi
Ippubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 24 ta' Frar 2014
F’Ottubru li għadda, lejn l-aħħar tal-ġurnata tax-xogħol tiegħi, ġejt arrestat. L-allegat reat kien li azzardajt nieħu ritratt tal-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern u tal-Communications Coordinator tal-Ministru Manuel Mallia. Ġew għalija żewġ spetturi, u numru ta’ pulizija. Arrestawni u ssekwestrawli ħwejġi mingħajr ma kellhom lanqas prova waħda. Kif kompliet l-istorja tiegħi minn hemm ‘l quddiem naħseb jaf kulħadd.

Ftit xhur wara, fil-każ
tal-arloġġi tad-dawl imbagħbsa, il-pulizija mhix tagħmel l-istess kif għamlet
miegħi, minkejja li l-allegat reat hu ferm iktar gravi. Għax naħseb li ħadd
m’għandu dubju li r-reat ta’ tixħim u korruzzjoni huwa ferm iktar gravi minn
allegat reat dwar teħid ta’ ritratt!
Imma għand min
xaħħam lill-ħaddiema tal-Enemalta biex ibagħbsulu l-arloġġ tad-dawl ma mar
l-ebda spettur, l-ebda surġent u l-ebda kuntistabbli. Jidher li dawn li għamlu dil-biċċa
korruzzjoni ħadd mhu se jieħu passi kontra tagħhom. Għaliex? Għax hekk irid
il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Sunday, February 23, 2014
Qalbna mal-ħaddiema
Fid-diskors li għamilt dalgħodu fid-Djalogu tal-Partit Nazzjonalista
f’Marsaxlokk tkellimt dwar il-ħaddiema. Tkellimt dwar il-ħolqien
tax-xogħol, il-qagħad, il-vendikazzjonijiet li qed isiru fiċ-ċivil,
it-telfien ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea għall-qasam tat-turiżmu u
l-prekarjat.
Għamilt ukoll proposti konkreti lill-Gvern biex ikun iktar effettiv fil-ġlieda kontra kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u illegali.
Minn dan kollu One News għażel li jirrapporta biss il-biċċa fejn jien qabbilt l-imġieba tal-Prim Ministru mal-imġieba tal-karattru ‘Humpty Dumpty’. Għall-istazzjon tal-Partit Laburista huwa iktar importanti dak li jingħad dwar Joseph Muscat minn dak li jingħad biex titjieb il-ħajja tal-ħaddiema.

Humpty Dumpty Tagħna Lkoll
Meta
Humpty Dumpty ltaqa’ ma’ Alice (fil-ktieb Through the Looking-Glass)
qalilha “Meta ngħid kelma, dik il-kelma tkun tfisser dak li niddeċiedi
jien li tfisser, xejn iktar u xejn inqas.”
Illum nafu li meta Joseph Muscat jgħid “meritokrazija” u “Malta tagħna lkoll” u “tista’ ma taqbilx magħna imma tista’ taħdem magħna” ikun irid ifisser xi ħaġa differenti minn dak li nifhmu aħna.
Għall-Prim Ministru Joseph Muscat il-kliem ifisser biss dak li hu jiddeċiedi li jfisser. Eżatt bħal Humpty Dumpty.

Monday, February 17, 2014
Bibien
Artiklu ippublikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 17 ta' Frar 2014
Minkejja li mhux possibbli li nħabbat kull bieb li hawn fil-gżejjer Maltin, kuljum qed inżur xi raħal jew belt u nagħmel ftit ‘door to door’. Kien privileġġ kbir nidħol f’ħafna minn dawn id-djar bit-televixin. Inħoss li huwa privileġġ ferm akbar li dak li jkun jiftaħlek u jistiednek tpoġġi bilqiegħda fuq is-sufan tiegħu.

Minkejja
d-differenzi fl-opinjoni li jista’ jkun hemm, nistqarr li dawk kollha li
fetħuli laqgħuni tajjeb ħafna, tkellmu miegħi b’onesta u semgħuni b’interess. Niskuża
ruħi li mhux dejjem stajt inkompli magħhom meta offrewli xi grokk. Kieku kelli
nixrob dak kollu li offrewli kien ikolli mmur lura d-dar b’taxi!
Friday, February 14, 2014
Minn ma' Franco għall-PBS (2)
Wara li l-bieraħ żvelajt li xi ħadd telaq impjieg tajjeb f’Ministeru
biex iddaħal jaħdem bla ebda sejħa għall-applikazzjoniet mal-PBS, xi
ilsna ħżiena qaluli li dan qabeż mill-vapur tas-Segretarju Parlamentari
Franco Mercieca u sab postu band’oħra għax dan il-vapur mistenni jkun
wieħed minn dawk li se jegħrqu fir-reshuffle li mistenni jagħmel Muscat
fil-ġimgħat li ġejjin.
Jekk dan hux vera jew le nkunu nafuh fiż-żmien li ġej. Li hu żgur huwa li fil-PBS kien hemm ħafna tgergir mill-ħaddiema li dehrilhom li kienu nqabżu biex iddaħħal dan tal-qalba.
Jekk dan hux vera jew le nkunu nafuh fiż-żmien li ġej. Li hu żgur huwa li fil-PBS kien hemm ħafna tgergir mill-ħaddiema li dehrilhom li kienu nqabżu biex iddaħħal dan tal-qalba.
Thursday, February 13, 2014
Minn ma' Franco għall-PBS
Dalgħodu fuq Radio 101
żvelajt li l-Communications and Customer Care Coordinator
tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u
Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca irriżenja u beda jaħdem fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM.Fis-snin li għaddew din il-persuna kienet tokkupa l-kariga ta’ Deputat Editur tal-gazzetta tal-GWU ‘l-orizzont’ u tal-gazzetta tal-Partit Laburista ‘Kullħadd’.
Sa fejn naf jien ma kien hemm ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post tax-xogħol li ingħata lil din il-persuna tal-qalba.
Monday, February 10, 2014
Erbgħa
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 10 ta' Frar 2014
Fil-librerija ltqajt
ma’ poster li jmur lura għall-kampanja elettorali tal-1987. Fih jidher il-Prim
Ministru ta’ dak iż-żmien Karmenu Mifsud Bonnici juri erbat iswaba
lill-fotografu.
Għal mument minflok
Mifsud Bonnici immaġinajt lill-Prim Ministru tal-lum Joseph Muscat ixejjer
in-numru erbgħa. Ħsibt li minflok poster elettorali dan jista’ jkun reklam
għall-iskema ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza verżjoni numru erbgħa li ħareġ biha
l-ġimgħa l-oħra.
Għax dak li ma jinżel
għarkubtejh quddiem ħadd, dak li għandu maġġoranza ta’ 9 deputati fil-Parlament;
dak li qal li ħa nota imma se jibqa’ jirrombla, dak l-istess Prim Ministru
kellu jerġa’ jbiddel din l-iskema biex issa għandna r-raba’ verżjoni tagħha. Tħossok
qisek qed tara xi sequel bħal Rocky 4 u Superman 4.
Monday, February 3, 2014
Smigħ
Artiklu ppublikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 3 ta' Frar 2014
Wegħduna gvern li
jisma’. Minflok tawna Ministru li jissemma’. Domt ftit mhux ħażin nogħrok
għajnejja nhar il-Ħamis filgħodu x’ħin fuq l-Independent qrajt kif il-Ministru
Manuel Mallia nqabad jissemma’ wara l-bieb tal-uffiċju tal-Oppożizzjoni fil-Parlament.
Mallia huwa l-Ministru li taħtu jaqgħu l-Korp tal-Pulizija, l-Armata u s-Servizzi Sigrieti fost oħrajn. Żgur m’għandix għalfejn noqgħod nispjega x’informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva għandhom aċċess għaliha dawn id-dipartimenti. Kulħadd jaf ukoll bil-poteri li dawn għandhom biex isiru jafu dwarek, dwari u dwarna lkoll.
Nistaqsi, Ministru li
ma ddejjaq xejn jissemma’ konverzazzjoni wara bieb fl-ogħla istituzzjoni
tal-pajjiż, tista’ tafdalu f’idejh it-tmexxija ta’ nies li għandhom aċċess għall-konverzazzjonijiet
li jkollna ta’ kuljum bit-telefowns u l-kompjuters tagħna?
Mallia huwa l-Ministru li taħtu jaqgħu l-Korp tal-Pulizija, l-Armata u s-Servizzi Sigrieti fost oħrajn. Żgur m’għandix għalfejn noqgħod nispjega x’informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva għandhom aċċess għaliha dawn id-dipartimenti. Kulħadd jaf ukoll bil-poteri li dawn għandhom biex isiru jafu dwarek, dwari u dwarna lkoll.
Nistaqsi, Ministru li
ma ddejjaq xejn jissemma’ konverzazzjoni wara bieb fl-ogħla istituzzjoni
tal-pajjiż, tista’ tafdalu f’idejh it-tmexxija ta’ nies li għandhom aċċess għall-konverzazzjonijiet
li jkollna ta’ kuljum bit-telefowns u l-kompjuters tagħna?Saturday, February 1, 2014
Xibka ta’ klijenteliżmu
Waħda
mill-weġgħat li qed nisma’ spiss fid-djar hija li fi żmien il-Gvern
Nazzjonalista, biex tieħu dak li hu bi dritt tiegħek, iktar kont tasal
billi tkellem ċertu Deputati tal-Partit Laburista (dak iż-żmien
fl-Oppożizzjoni) milli Ministru tal-Gvern.Jidher ċar li mill-Oppożizzjoni l-Partit Laburista kien irnexxielu joħloq xibka ta’ klijenteliżmu f’diversi dipartimenti, awtoritajiet u kumpaniji tal-gvern.
Monday, January 27, 2014
Sigrieti
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 27 ta' Jannar 2014
Lil Salvu Balzan
tal-Malta Today iriduh jikxef lil dak, dik jew dawk li għaddewlu
l-informazzjoni dwar il-każ tal-commissions illegali li tħallsu fuq ix-xiri
taż-żejt. Dan mhuwiex
aċċettabbli. Huwa dritt
tiegħu bħala ġurnalist
li ma jikxifx lil min għaddielu l-informazzjoni. Jekk dan id-dritt jiġi
mittiefes ikun qed jitwassal messaġġ ikrah lil min jaf b'xi korruzzjoni u lest
jikxifha. Dan il-messaġġ jaqra “Agħlaq ħalqek”.
Skandli bħal dan m’għandhomx
jibqgħu sigrieti. Għandna ninkoraġġixxu lil min lest jikxef dawn is-sigrieti u
mhux imwerwruh li għada pitgħada ismu se jissemma fil-Qrati u fil-gazzetti.
Sunday, January 19, 2014
The people’s voice
Malta Today, 19 January 2014
Norman Vella is no stranger to the limelight. After becoming a household fixture while anchoring a popular television show at the height of the 2012/13 political tensions in his inimitable style, Vella is now contesting the European Parliament elections in May.
In 2013, the 37-year-old had a rollercoaster year. His distinctive presence on television was often the target of online satire and he opened himself up to accusations of displaying a strong political bias (towards the Nationalist Party) and employing a simplistic line of questioning, which annoyed some audiences.
Shortly after the 2013 elections, Vella's job at PBS was terminated after the government decided that his services were urgently required at the Immigration Department, from where he was previously seconded to Where's Everybody and later to PBS.

Sunday, January 12, 2014
L-ewwel diskors bħala kandidat
L-ewwel diskors tiegħi bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew, illum il-Ħadd 12 ta' Jannar fix-Xagħra, Għawdex. Kuraġġ.
Sunday, January 5, 2014
Tliet propogandisti għal Konrad Mizzi
Jista' xi ħadd jispjega għaliex il-Ministru Konrad Mizzi impjega fil-Ministeru tiegħu (direttament jew b'konsulenza) tliet eks ġurnalisti tan-newsroom tal-ONE?
X'inhi l-ħtieġa li fil-Ministeru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jkun hemm jaħdmu 3 persuni li l-ħiliet u l-esperjenzi tagħhom huma fil-propoganda Laburista?
X'inhi l-ħtieġa li fil-Ministeru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jkun hemm jaħdmu 3 persuni li l-ħiliet u l-esperjenzi tagħhom huma fil-propoganda Laburista?
Thursday, January 2, 2014
Norman Vella arrest most read story in 2013
From The Malta Independent
Some stories take hours of research and days to write, but others that are written in a few minutes turn out to be more popular – and the list of the top 25 stories seen on The Malta Independent website www.independent.com.mt is a clear example of this.

Subscribe to:
Posts (Atom)