Wednesday, May 28, 2014

Il-PN għandu 'problemi kbar li jinħtieġu soluzzjonijiet kbar' - Vella

Rapport ta' inewsmalta

Norman Vella, li kien wieħed mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda għall-Parlament Ewropew, qal li l-PN għandu problemi kbar li jinħtieġu soluzzjonijiet kbar. Huwa saħaq ukoll li t-telfa tal-PN din id-darba kienet saħansitra akbar minn dik tal-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Reġa’ rebaħ il-Partnership!

11-il sena wara: Reġa’ rebaħ il-Partnership!

6,761 idjota


Tuesday, May 27, 2014

Post-mortem elettorali

Inqis t-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt bħala telfa ikbar minn dik tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Indipendentement minn x'għamel u m’għamilx il-Gvern Laburista f’din l-ewwel sena tiegħu, huwa stat ta’ fatt li l-partit tagħna għandu problemi kbar mal-elettorat.

Problemi kbar jeħtieġu soluzzjonijiet kbar.

Kuraġġ.

Thursday, May 22, 2014

Time for a reality check

Published in The Malta Independent 21 May 2014

This government needs a reality check. Increasingly more people, including many who voted for Joseph Muscat and the Labour Party in the last general election, are saying so.

After barely one year in office, this government betrayed some of its most fundamental electoral promises. Gone is the rallying call of Malta TaghnaLkoll. Meritocracy is pretty much dead and buried under the lucrative jobs and contracts given to Labour’s inner core.

€950 fil-ġimgħa għal Luciano


It-Times tirraporta dħul ta' €49,482 fis-sena (€950 fil-ġimgħa) għad-Deputat Laburista Luciano Busuttil mill-karigi li ingħata minn Joseph Muscat u l-onorarja tal-Parlament. Skont it-Times, Busuttil qed idaħħal iktar minn €4,000 iktar minn Ministru.

Tal-qalba jkomplu jiffangaw.

Wednesday, May 21, 2014

Taħt klikka oħra - Marlene Farrugia

Id-Deputat Laburista Marlene Farrugia tikkonferma li llum “ninsabu taħt klikka oħra”.

Monday, May 19, 2014

Kastig

Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 19 ta' Mejju 2014

F’din il-kampanja elettorali mimlija “enerġija pożittiva”, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva l-25 sena li pajjiżna u l-poplu tagħna għamel taħt tmexxija ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti bħala “kastig”. Biex inkun preċiż huwa qal lill-folla ta’ partitarji Laburisti miġbura f’Ħal Tarxien li min minnhom ma jmurx jivvota fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li ġej se jkun qed “jagħmel pjaċir lil min ikkastigah għal 25 sena sħaħ”.

Din id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru tfisser li kull min ivvota lill-Partit Nazzjonalista fl-1992, fl-1998, fl-2003 u fl-2008 għażel Gvern li kien qed jikkastigah. Fost dawn il-“kastigi” hemm il-kisba tad-demokrazija, il-pluraliżmu fix-xandir, il-ħolqien ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol, il-kisba tal-libertà, l-eluf ta’ proġetti li mmodernizzaw lil pajjiżna, il-twelid u t-tisħiħ tal-kunsilli lokali, il-liberalizzazzjoni tal-ekonomija, l-eluf ta’ operazzjonijiet u servizzi oħra tas-saħħa fi sptar u faċilitajiet state of the art, il-ftuħ tal-Università għal kulħadd, il-ftuħ mill-ġdid tal-MCAST u l-bini ta’ iskejjel ġodda mimlijin apparat u faċilitajiet moderni u mitt ħaġa oħra.

Fost dawn il-“kastigi”, 10 snin ilu kellna wkoll l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Sunday, May 18, 2014

Għandu raġun


Għandu raġun jgħid hekk il-Prim Ministru Joseph Muscat għax li ma kienx għal Simon Busuttil u għall-Partit Nazzjonalista nhar is-Sibt m’għandniex elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’pajjiżna u l-ebda Malti u l-ebda Għawdxi ma jmur jivvota.

Is-suldati tal-azzar

Artiklu ppubblikat fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 18 ta' Mejju 2014


F’attività tal-Partit Laburista fl-Imqabba, il-Prim Ministru Joseph Muscat għammed lill-bijografu tiegħu Cyrus Engerer bħala “suldat tal-azzar”. Dr Muscat għamel din id-dikjarazzjoni l-għada li l-istess Cyrus Engerer instab ħati ta’ reat kriminali u għalih ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi.

L-ewwel darba li ntużat il-frażi “suldati tal-azzar” kien fis-snin sittin. Il-Perit Duminku Mintoff, dak iż-żmien mexxej tal-Partit Laburista, kien sejjaħ hekk lil dawk li vvotaw lill-partit tiegħu minkejja li l-Arċisqof kien qalilhom li jekk jagħmlu hekk ikunu qed jagħmlu dnub.

Tuesday, May 13, 2014

Ħabi minflok Trasparenza

30 ta’ April: Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi jibgħatu għall-ġurnalisti biex jagħtuhom aħbar ta’ 2 ċenteżmi.

9 ta’ Mejju: L-istess tnejn jiffirmaw kuntratt f’isem il-poplu kollu għal power station ġdida ta’ 400 miljun Ewro bil-moħbi, mingħajr lanqas ġurnalist wieħed, mingħajr lanqas joħorġu stqarrija.

Tlett ijiem wara l-Prim Ministru jipprova jaħbi li ffirma dan il-kuntratt u jinqabad jigdeb fuq ix-xandir nazzjonali.

Għaliex din is-segretezza?

X’sar minnha l-wiegħda tat-trasparenza?

Monday, May 12, 2014

Fabbrikazzjoni

Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 12 ta' Mejju 2014

L-istorja tal-fabbrika tal-kanċer li tant qalilna Joseph Muscat qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali ma kienetx għajr fabbrikazzjoni. Illum għandna l-provi li dak li tant għajjar bih lill-Gvern Nazzjonalista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali ma kienx għajr gidba ħoxna.

Nhar l-Erbgħa l-Eurostat ippubblikat figuri li juru li s-sena li għaddiet l-emissjonijiet fl-arja ta’ carbon dioxide (CO2) naqsu b’6.8%. Dan ifisser tnaqqis ta’ 184,000 tunnellata ta’ emissjonijiet fl-arja tagħna.

U dan kollu ġara bl-investiment li Gvern Nazzjonalista għamel f’power station ġdida li tant kienet ikkritikata mill-Partit Laburista.

L-iktar li tiddiżgustani f’din l-istorja kollha hija li Muscat ma skrupla xejn juża l-marda tal-kanċer, li tant iġġib tbatija, biex jagħmel il-kampanja qarrieqa tiegħu.

Fiż-żmien li ġej nistennew li l-emissjonijiet ikomplu jonqsu wkoll bis-saħħa ta’ investiment li Gvern Nazzjonalista għamel bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej – l-interconnector bejn Malta u Sqallija.

Grazzi għal dawn l-investimenti l-Enemalta qiegħda wkoll tiffranka l-flus. Kien il-Gvern Laburista stess li stqarr li l-power station li ħalla Gvern Nazzjonalista tant hija iktar effiċjenti li permezz tagħha l-Enemalta qed tiffranka miljun Ewro fil-ġimgħa.

Sunday, May 11, 2014

X'ipokrezija!

 
Fil-21 ta’ Settembru li għadda l-kandidati tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew Joseph Cuschieri u Deborah Schembri kienu fost dawk li waqqfu l-Anti-Cyber Harassment Alliance biex suppost jiddefendu lill-vittmi ta’ fastidju minn fuq l-internet.
 
Nhar il-Ġimgħa dawn iż-żewġ kandidati kienu qed iċapċpu lil xi ħadd li kien għadu kif instab ħati ta’ reat kriminali imwettaq bl-internet li għalih ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs.
 
Dan l-episodju mhux għajr konferma oħra li l-kandidati tal-Partit Laburista ma jridux ikunu vuċi għal min hu vittma imma lesti jkunu vuċi biss għal dawk li huma tal-qalba.