Wednesday, May 31, 2017
Tuesday, May 30, 2017
Friday, May 26, 2017
Thursday, May 25, 2017
Tuesday, May 23, 2017
Sunday, May 21, 2017
Friday, May 19, 2017
Thursday, May 18, 2017
Tuesday, May 16, 2017
Saturday, May 13, 2017
Thursday, May 11, 2017
Kampanja tal-corned beef, Twistees, ċikkulata u nbid: qed iqassmu ikel u xorb biex jixtru l-voti!
Ir-rivalità bejn Konrad Panama Mizzi u Chris Fearne fir-raba' distrett ġabithom fis-sitwazzjoni ridikola li issa qed iqassmu hampers b'ikel u xorb biex mingħalihom jixtru l-vot!
Filwaqt li fil-hamper ta' Fearne issib biss żewġ fliexken inbid, f'ta' Dr Panama għandek issib anke pakkett Twistees, naqra ċikkulata tajba u daqsxejn ta' landa corned beef.
Filwaqt li fil-hamper ta' Fearne issib biss żewġ fliexken inbid, f'ta' Dr Panama għandek issib anke pakkett Twistees, naqra ċikkulata tajba u daqsxejn ta' landa corned beef.
Wednesday, May 10, 2017
Saturday, May 6, 2017
Kandidat għall-5 u u t-8 distrett
Għandi pjaċir inħabbar li se nkun kandidat tal-Partit
Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju fil-5 Distrett
(Birżebbuġa, Ħal Kirkop, L-Imqabba, Ħal Farruġ, Il-Qrendi, Ħal Safi u
ż-Żurrieq) u fit-8 Distrett (Ħal Balzan, Birkirkara, Fleur-de-Lys, Is-Swatar,
L-Iklin u Ħal Lija).
Grazzi tal-appoġġ tagħkom.
Jien Nagħżel Malta għax Malta hija int
Friday, May 5, 2017
Qed jiksru sfaċċatament ir-regoli tal-imparzjalità f'TVM
"Produtturi, ġurnalisti u preżentaturi ta' programmi ta' ġrajjiet kurrenti fuq l-istazzjon nazzjonali m'għandhomx jipparteċipaw f'dibattiti pubbliċi dwar suġġetti ta' kontroversja politika."Il-'Linji Gwida dwar l-Obbligu tal-Imparzjalità' (ara taħt) jagħmluha ċara li l-preżentaturi ta' TVM m'għandhomx jiktbu ittri jew artikli f'gazzetti, u lanqas blogs jew kummenti fuq siti soċjali bħal Facebook u Twitter.
Dawn ir-regolamenti qed jinkisru sfaċċatament mill-preżentaturi Saviour Balzan (Xtra) u Brian Hansford (Networks).
Minkejja li jippreżentaw programmi ta' ġrajjiet kurrenti fuq l-istazzjonijiet nazzjonali dawn qatt ma qagħdu lura milli jidħlu f'kontroversji politiċi. Balzan baqa' għaddej jikteb l-artikli u jikkummenta fuq Facebook u Twitter u Hansford ma waqaf qatt jippromwovi l-aġenda tal-Labour ta' Muscat, l-aktar fuq Facebook.
Lanqas il-bidu ta' kampanja elettorali ma rażżnithom. Anzi, Hansford dan l-aħħar żied id-doża u sar il-portavuċi mhux uffiċjali tal-Pilatus Bank f'kampanja ta' tfigħ ta' tajn fuq il-whistleblower li kixfet u xehedet bil-ġurament dwar dokumenti li juru r-rabta bejn Egrant u Michelle Muscat.
Huwa evidenti li l-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet Reno Bugeja mhux qed jinforza dawn ir-regoli u qed iħalli lil Balzan u Hansford jagħmlu li jridu u li jogħġbhom, anke issa li bdiet il-kampanja elettorali.
M'għandix dubju li jekk xi preżentatur jew ġurnalist ieħor ta' TVM jazzarda jikkummenta favur xi proposta tal-PN jew kontra l-korruzzjoni tal-klikka ta' Muscat, Bugeja ma jdumx ma jiftakar f'dawn il-Linji Gwida u jmur itemmagħhomlu.
Subscribe to:
Posts (Atom)


