Monday, December 17, 2012

Franco Debono f'TVHemm

Bħal lum ġimgħa Franco Debono ivvota kontra l-Budget tal-Gvern Nazzjonalista bir-riżultat li waqqa' l-Gvern.

Tlett ijiem ilu Franco Debono mar minflok id-Deputat Mexxej Anġlu Farrugia biex jieħu sehem f'dibattitu fil-programm Xarabank mal-Viċi Kap tal-PN Simon Busuttil. Il-programm ma sarx.

Illejla kien l-uniku mistieden fil-programm TVHemm.

Rajt il-maġġoranza tal-intervisti u l-programmi li ħa sehem fihom Franco Debono fl-aħħar xhur, il-biċċa l-kbira tagħhom fuq l-istazzjon Laburista, ONE TV. Innotajt li lil Dr Debono ħadd ma kien qed jistaqsieh xejn u kien qed jitħalla fil-liberta` li jgħid affarijiet li ma jikkorrispondux mal-fatti. M'għandix dubju li dan kien qed jiġri għax ħadd ma ried jurtah. In-Nazzjonalisti ma riedux jipprovokawh iktar u jwassluh iwaqqa' l-Gvern (kif xorta spiċċa għamel) u għal-Laburisti kollox jgħaddi sakemm ikun kontra l-Gvern ta' Gonzi.

Għal dan il-programm ħejjejt ruħi billi rriċerkajt u ħadt miegħi il-fatti.

Ir-riżultat huwa programm li żgur se jdum ħafna jissemma'.