Wednesday, January 25, 2017

Issa uffiċjali: Il-Gvern ta' Muscat jiggradwa bħala l-iktar korrott fl-istorja

Kien jonqos biss iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni u dan wasal dal-lejl minn Transparency International: Il-Gvern ta' Joseph Muscat issa huwa uffiċjalment l-iktar Gvern korrott fl-istorja ta' Malta.


Tuesday, January 24, 2017

Mhux Għax Jimpurtani - 24 ta' Jannar 2014

Għall-ewwel parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:



Għat-tieni parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:



Għat-tielet parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:


Tuesday, January 17, 2017

Mhux Għax Jimpurtani - 17 ta' Jannar 2017

Biex tara l-ewwel parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:


Biex tara l-ewwel parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:


Biex tara l-ewwel parti tal-programm IKKLIKKJA HAWN jew araha hawn taħt:

Monday, January 16, 2017

Għażiż Owen ... poġġini f'Bord!

Għażiż Owen,

Ammirajt il-qlubija tiegħek x'ħin kmieni dalgħodu sfidajt l-elementi kiefra tan-natura u minkejja l-kesħa xxoqq il-għadam u l-irjiħat ivenvnu ma' widnejk, sbaħt quddiem dik li xi darba kienet stamperija titħadded ma' ġgajta ġurnalisti mtertrin.

Jisgħobija li ma ġejtx nagħtik merħba u nlestilek tazza kafe sħuna u xi żewġ gallettini biex titrejjaq ftit. Jien m'inix ta' gazz daqsek.

Imbagħad smajtek tispjega kif u għaliex għoġbok tinnomina lis-sieħba tiegħek fuq il-Bord tal-Orkestra Nazzjonali, qabel sirtu koppja, ovvjament.

Tassew tpaxxejt nara kif lest tagħti opportunita lil min irid jagħti konribut lil dan il-pajjiż. Prosit. U prosit iktar li dan għamiltu mingħajr ma neffaqtna ċenteżmu. Minn dejjem kelli ammirazzjoni kbira għall-missjunarji bħal ma kienet is-sieħba tiegħek qabel sirtu koppja.

Min jaf kemm se tieħu sodissfazzjon issir taf li dan l-eżempju subblimi li int u Janice tajtu lill-poplu kollu, ħeġġeġ lili wkoll noffri ftit mill-ħin prezzjuż tiegħi lill-pajjiż.

Iva Owen, jien ukoll lest naħdem b'xejn f'xi Bord minn dawk li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħek, idejalment fil-Bord tal-PBS mhux tal-Orkestra għax onestament fl-istrumenti mhux li jien kompetenti wisq.

Inserraħlek moħħok li jien nista' nikkommetti ruħi għal perjodu ferm itwal minn dak li serviet Janice, għax m'għandi ebda intenzjoni jew ħsieb li 'l quddiem insiru koppja.

Nistenna n-nomina tiegħek mill-aktar fis possibli.
Viva Malta Tagħna Lkoll!

Inselli għalik,
Norman Vella

Friday, January 13, 2017

Ittra lill-President tas-Soċjalisti Ewropej

Sur Stanishev,

Ġmielek tinteressa ruħek f’Malta. L-istqarrija tiegħek dwar kumment ta’ kandidat tal-Partit Nazzjonalista lil gazzetta lokali juri li ħsiebek hawn. Sewwa, nieħu gost b'dan l-interess ta' ras kbira bħalek f'pajjiżi.

Għax allura żgur li matul l-aħħar sena użajt ħafna mill-ħin prezzjuż tiegħek taħseb dwar dak li sirna nafu dwar l-id il-leminija u l-id ix-xellugija ta’ ħabibek Joseph Muscat - il-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Żgur li bħalna lkoll taf li hekk kif dawn ħadu l-ġurament wara l-elezzjoni, bdew jiftħu tliet kumpaniji sigrieti l-Panama.

U żgur li taf li mbagħad daru d-dinja jippruvaw isibu banek jiftħulhom kontijiet għal dawn il-kumpaniji.

U tant kemm ħsiebek f’Malta, li żgur taf li meta staqsewhom kemm kienu se jpoġġu flus f’dawn il-kontijiet, sħab ħabibek intrabtu li jpoġġu mill-inqas ‘miljun fis-sena’.

U meta staqsewhom kemm riedu segretezza, sħab ħabibek insistew fuq segretezza assoluta.

U meta staqsewhom minn fejn kienu se jġibu l-flus, sħab ħabibek qalu ħrafa lil kull bank.

U tant ħsiebek f'pajjiżna li żgur li taf li tlieta fetħu kumpaniji, mhux tnejn, imma t-tielet waħda tant għandha sid importanti li ismu tawhulhom fuq Skype.

Billi żgur taf dan kollu, xtaqtek tgħidilna x’inhi l-fehma tiegħek u tas-Soċjalisti Ewropej fuq sħab ħabibek Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri.

U xtaqtek tgħidilna wkoll x’inhi l-fehma tiegħek dwar il-fatt li t-tnejn li huma għadhom hemm, sewwasew fil-karigi li kellhom qabel, spalla ma' spalla ma' ħabibek Joseph Muscat.

X’tgħidilna Sur Stanishev?

Sakemm tweġibni, inselli għalik,
Norman Vella

Thursday, January 12, 2017

Hitler: Lis-Soċjalisti Ewropej qalulhom bi Franco?

L-intervista li l-kandidat Nazzjonalista eks votant tal-Labour Salvu Mallia ta lis-Sunday Times lill-Prim Ministru Joseph Muscat jidher li kidditu mhux ħażin.

Tant ħadha bi kbira li Salvu semma lil Adolf Hitler biex isostni l-argumenti tiegħu, li Muscat mar jibki għand il-mummy, cioe għand is-Soċjalisti Ewropej.

Mar jugżah u ċ-ċwieċ belgħu l-lixka u fittxu ħarġu stqarrija jitkażaw b'Salvu!

Tgħid lis-Soċjalisti Ewropej qalulhom li l-pet favorit ta' Joseph Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni, ċertu Franco Debono, kien iddiskriva lill-Prim Ministru ta' dak iż-żmien bħala l-Hitler ta' Malta? (ara l-blog ta' Franco Debono hawn taħt)

Qalulhom li lil dan Debono minflok tkażaw bih u marru jugżawh ġrew bih fuq l-ispallejn qisu statwa tal-Irxoxt meta rebħu l-elezzjoni?

Qalulhom li lil dan Franco premjawh għal dak li qal u għal dak li għamel bil-kariga ta' Kummissarju tal-Liġijiet?

Jew forsi jaħsbu u jemmnu li dak li jikteb u jgħid Franco mhux rilevanti?

Wednesday, January 11, 2017

Lest ifotti l-Presidenza ta' poplu sħiħ għal bniedem wieħed

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għal darb'oħra wriena li fil-miżien tiegħu l-interessi ta' Konrad Mizzi għandhom iktar piż mill-interessi tal-poplu Malti kollu f'daqqa.

Muscat ġie u jaqa' u jqum mill-konsegwenzi li se ġġib magħha d-deċiżjoni li ħa li jaħtar lill-uniku Ministru fl-Unjoni Ewropea li nqabad b'kumpanija moħbija fil-Panama bħala President tal-Ministri kollha tal-Enerġija fl-Unjoni.

Lest ifotti l-Presidenza - li hija tal-pajjiż kollu - biex ipaxxi lil sieħbu maqbud fl-ikbar skandlu ta' korruzzjoni fl-istorja. Imbagħad ikollu l-wiċċ jiġi jitkellem fuq l-interess nazzjonali.

Tuesday, January 3, 2017

Mhux Għax Jimpurtani - 3 ta' Jannar 2017

Biex tara l-ewwel parti IKKLIKKJA HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara t-tieni parti IKKLIKKJA HAWN jew ara hawn taħt:


Biex tara t-tielet parti IKKLIKKJA HAWN jew ara hawn taħt:

Jitnejjek bik f'wiċċek f'kull jum tas-sena

Konrad Mizzi - dak li tneħħa minn Ministru imma għadu Ministru - f'dal-ġranet bagħat kalendarju fid-djar biex nibqgħu niftakru fih f'kull ġurnata tas-sena.

Min dendlu fil-kċina u fetħu fuq Jannar għandu ritratt sabiħ ta' pompa tal-fuel u taħtha l-kliem 'Prezzijiet tal-fuel irħas u stabbli'.

Beda Jannar u oħroġ il-għaġeb il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel minflok saru irħas, għollewhom!

Minn għada fil-pompi se nkunu qed nħallsu l-istess prezz li konna nħallsu fl-2011 meta sejjħulna għal protesta nazzjonali fil-Belt Valletta. U biex l-insult ikun ikbar, dakinhar il-prezz taż-żejt kien id-doppju ta' kemm hu llum.

Tassew kull min għandu dal-kalendarju jista' kuljum jikkonferma kemm dan il-Gvern korrott qed jitnejjek bih f'wiċċu, kull jum tas-sena.

Il-petrol illum bl-istess prezz eżatt ta' meta Muscat niżżel in-nies fit-toroq minkejja li ż-żejt jiswa n-nofs

Il-prezz tal-petrol imħabbar illum huwa l-istess eżatt kemm kien f'Jannar 2011 meta Joseph Muscat, dakinhar Kap tal-Oppożizzjoni, niżżel in-nies jipprotestaw fit-toroq tal-Belt Valletta propju minħabba l-prezzijiet tal-fuels.

Dakinhar, bil-prezzijiet taż-żejt ferm għola minn kemm huma llum - madwar 120 Dollaru 'l barmil - l-Enemalta kienet ħabbret żieda ta' 4 ċenteżmi fil-prezz u l-petrol beda jinxtara 1.31 kull litru.

Dan huwa l-istess prezz eżatt imħabbar illum mill-Gvern korrott ta' Joseph Muscat u Konrad Mizzi meta l-prezz taż-żejt huwa ta' madwar 60 Dollaru 'l barmil (nofs il-prezz tal-2011).


Għollew il-petrol u d-diesel 4ċ imma nsew jagħmlu press conference

Minn għada għall-petrol u għad-diesel se tibda tħallas 4 ċenteżmi iktar fuq kull litru.

Imma Konrad u Joseph illum ma sabux ħin jagħmlulna press conference kif għamlulna meta raħas 2 ċenteżmi wara li l-kollass fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt!

Biex tikkonsla, għada int u timla' l-karozza ftakar li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru waħdu fl-2016 nefaq iktar minn żewġ miljuni u mitejn elf Ewro f'safar, iktar minn tliet darbiet u nofs daqs kemm kellu allokat fil-Budget ta' Scicluna.