Monday, January 16, 2017

Għażiż Owen ... poġġini f'Bord!

Għażiż Owen,

Ammirajt il-qlubija tiegħek x'ħin kmieni dalgħodu sfidajt l-elementi kiefra tan-natura u minkejja l-kesħa xxoqq il-għadam u l-irjiħat ivenvnu ma' widnejk, sbaħt quddiem dik li xi darba kienet stamperija titħadded ma' ġgajta ġurnalisti mtertrin.

Jisgħobija li ma ġejtx nagħtik merħba u nlestilek tazza kafe sħuna u xi żewġ gallettini biex titrejjaq ftit. Jien m'inix ta' gazz daqsek.

Imbagħad smajtek tispjega kif u għaliex għoġbok tinnomina lis-sieħba tiegħek fuq il-Bord tal-Orkestra Nazzjonali, qabel sirtu koppja, ovvjament.

Tassew tpaxxejt nara kif lest tagħti opportunita lil min irid jagħti konribut lil dan il-pajjiż. Prosit. U prosit iktar li dan għamiltu mingħajr ma neffaqtna ċenteżmu. Minn dejjem kelli ammirazzjoni kbira għall-missjunarji bħal ma kienet is-sieħba tiegħek qabel sirtu koppja.

Min jaf kemm se tieħu sodissfazzjon issir taf li dan l-eżempju subblimi li int u Janice tajtu lill-poplu kollu, ħeġġeġ lili wkoll noffri ftit mill-ħin prezzjuż tiegħi lill-pajjiż.

Iva Owen, jien ukoll lest naħdem b'xejn f'xi Bord minn dawk li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħek, idejalment fil-Bord tal-PBS mhux tal-Orkestra għax onestament fl-istrumenti mhux li jien kompetenti wisq.

Inserraħlek moħħok li jien nista' nikkommetti ruħi għal perjodu ferm itwal minn dak li serviet Janice, għax m'għandi ebda intenzjoni jew ħsieb li 'l quddiem insiru koppja.

Nistenna n-nomina tiegħek mill-aktar fis possibli.
Viva Malta Tagħna Lkoll!

Inselli għalik,
Norman Vella

5 comments:

  1. Fqajtni Norman dalghodu. Can't stop laughing!!!!
    :):):):):):):)

    ReplyDelete
  2. Kemm kien jidher politiku li jipprometti qabel l-elezzjoni. Ftit poter kull ma kellu bzonn biex jikxef il-lupu taht il-kostum ta' naghga.

    ReplyDelete
  3. Ha ha just brilliant, well Norman and let's hope Nobby has the sense of humor to reply

    ReplyDelete
  4. Excellent Norman, hilariously out and let's hope our generous minister has the sense of humor to reply

    ReplyDelete
  5. Owen Bonnici and his government are shameless. He's making a fool of himself at this point

    ReplyDelete