Friday, January 13, 2017

Ittra lill-President tas-Soċjalisti Ewropej

Sur Stanishev,

Ġmielek tinteressa ruħek f’Malta. L-istqarrija tiegħek dwar kumment ta’ kandidat tal-Partit Nazzjonalista lil gazzetta lokali juri li ħsiebek hawn. Sewwa, nieħu gost b'dan l-interess ta' ras kbira bħalek f'pajjiżi.

Għax allura żgur li matul l-aħħar sena użajt ħafna mill-ħin prezzjuż tiegħek taħseb dwar dak li sirna nafu dwar l-id il-leminija u l-id ix-xellugija ta’ ħabibek Joseph Muscat - il-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Żgur li bħalna lkoll taf li hekk kif dawn ħadu l-ġurament wara l-elezzjoni, bdew jiftħu tliet kumpaniji sigrieti l-Panama.

U żgur li taf li mbagħad daru d-dinja jippruvaw isibu banek jiftħulhom kontijiet għal dawn il-kumpaniji.

U tant kemm ħsiebek f’Malta, li żgur taf li meta staqsewhom kemm kienu se jpoġġu flus f’dawn il-kontijiet, sħab ħabibek intrabtu li jpoġġu mill-inqas ‘miljun fis-sena’.

U meta staqsewhom kemm riedu segretezza, sħab ħabibek insistew fuq segretezza assoluta.

U meta staqsewhom minn fejn kienu se jġibu l-flus, sħab ħabibek qalu ħrafa lil kull bank.

U tant ħsiebek f'pajjiżna li żgur li taf li tlieta fetħu kumpaniji, mhux tnejn, imma t-tielet waħda tant għandha sid importanti li ismu tawhulhom fuq Skype.

Billi żgur taf dan kollu, xtaqtek tgħidilna x’inhi l-fehma tiegħek u tas-Soċjalisti Ewropej fuq sħab ħabibek Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri.

U xtaqtek tgħidilna wkoll x’inhi l-fehma tiegħek dwar il-fatt li t-tnejn li huma għadhom hemm, sewwasew fil-karigi li kellhom qabel, spalla ma' spalla ma' ħabibek Joseph Muscat.

X’tgħidilna Sur Stanishev?

Sakemm tweġibni, inselli għalik,
Norman Vella

7 comments:

  1. Perfect....but don't hold your breath waiting for a reply.

    ReplyDelete
  2. Issa meta jugi malta ittimbralu l- passaport.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea ħadd ma jittimbralhom il-passaport meta jivjaġġjaw minn pajjiż għall-ieħor tal-Unjoni (anke f'dawk il-pajjiżi li mhumiex parti miz-zona Schengen bħall-Bulgarija).

      Delete
  3. ghax ma ktibtiex bl ingliz norman.... ghax mil bqija paroli biss.... habieb

    ReplyDelete
    Replies
    1. L-ittra (email) bl-Ingliz intbagħtet.
      Hemm ritratt tagħha fl-aħħar tal-artiklu.
      Jidher li għal xi raġuni jew oħra, qabżitlek.
      Nittama li mhux għax ikkummentajt qabel qrajt kollox.

      Delete
  4. Jekk tfittex ftit dwar il-korruzzjoni f'pajjizu meta hu kien Prim Ministru tinduna li dan hajt ghal kenn tajjeb ghall-korrotti ta' Kastilja.

    ReplyDelete