Friday, December 12, 2014

Għaliex il-Labour bagħat lil JPO f'Xarabank?

Il-Partit Laburista jew aħjar, il-Prim Ministru Joseph Muscat, bagħat lil Jeffrey Pullicino Orlando f'Xarabank biex mill-mument li jiftaħ ħalqu kulħadd jibda jiddiskuti lilu u ninsew dak li suppost kellu jkun diskuss fil-programm.

Addio t-tneħħija tal-Ministru Mallia, addio r-rabtiet li din l-istorja għandha ma' persuni qrib il-Prim Ministru, addio l-frame-up li sar fuq surġent tal-pulizija, addio ż-żewġ persuni msemmija li ma xehedux fl-inkjesta minkejja l-insistenza tal-eks Ministru Mallia, addio li x-xufier li spara għamel ġimgħa jiġri barra qisu ma ġara xejn, addio l-istqarrija mimlija gideb approvata minn Kastilja, addio l-ewwel recordings selettivi li nħarġu fil-media bl-iskop li jiskolpaw lil Kastilja, addio t-telefonati li saru lill-edituri biex jiktbu (u jigdbu) li t-tiri ġew sparati fl-ajru, addio l-konferma tal-inkjesta li kien hemm cover-up, addio li l-bullets tneħħew minn fuq il-post, addio li anke l-karozza milquta kienet se titneħħa minn fuq il-post, addio l-gideb u t-tgħawwiġ tal-fatti, addio t-theddida tal-Prim Ministru lill-kelliema tal-Oppożizzjoni u addio kollox.

Tgħid se jirnexxielu jaljenana b'JPO? Għada nkunu nafu.

"Politikament u moralment korrott"

L-eks Mexxej Laburista Dr Alfred Sant u l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew elett bi 48,739 vot dwar il-wiċċ il-ġdid tal-Partit Laburista Jeffrey Pullicino Orlando.

Ara l-filmat hawn taħt. Meħud minn TIMESOFMALTA.COM, 7 ta’ Lulju 2010.


Thursday, December 11, 2014

Ms €13,000 fix-xahar sparixxiet

Fi stqarrija tal-Gvern li ħarġet ilbieraħ (ikklikkja hawn biex taraha) qalulna li l-Ministru Chris Cardona mexxa delegazzjoni Maltija fiċ-Ċina bl-iskop li jinġieb aktar investiment Ċiniż.

Fl-istqarrija ituna d-dettalji ta' kull min kien parti minn din id-delegazzjoni.

Ħarsu sewwa lejn il-lista (hawn taħt jew fil-link) u tindunaw li m'hemmx isem Sai Mizzi Liang - il-mara tal-Ministru Konrad Mizzi li qed titħallas €13,000 fix-xahar propju biex iġġib investiment Ċiniż lejn xtutna.

Dan ifisser li meta l-Ministru tagħha (mhux żewġha) mar iċ-Ċina għall-istess raġuni li suppost hija mħallsa għaliha, hi ma kienetx parti mid-delegazzjoni Maltija.

Fejn sparixxiet Ms €13,000 fix-xahar?

Nitkellem ċar, jien qed inxomm riħa tinten ħafna f'dan kollu. U minn kif inhi miktuba l-istqarrija jidher li l-Ministru Cardona u/jew xi ħadd qrib tiegħu riedna nindunaw b’din l-intiena.


L-isbaħ gowl: Prosit Andrea Cassar

L-isbaħ gowl tas-sena għamlu l-goalkeeper żagħżugħ Andrea Cassar.

Il-goalkeeper Ħamruniż mhux biss kien kapaċi jagħraf it-tajjeb mill-ħażin, iżda kien kapaċi wkoll jissielet għalih minkejja t-tbatija u s-sagrifiċċji li din il-ġlieda għas-sewwa ġabet magħha.

Quddiem opportunita ta' korruzzjoni Andrea mhux talli rrifjuta li jkun kompliċi, iżda ħa azzjoni u tkellem.

Andrea m'għażilx it-triq il-faċli tas-silenzju. Minflok għażel li jkun whistleblower.

Kien jaf li bil-ġlieda li kien se jagħmel għas-sewwa kien se jitlef żgħożitu u kien qed jissogra wkoll il-karriera fil-futbol. Iżda Andrea għamel kuraġġ u għażel it-triq tal-irġulija.

Minjaf kemm kien hemm min tah parir ikompli b'ħajtu u ma jagħtix kaz. Minjaf kemm kien hemm min qallu ma jindaħalx fejn ma jesgħux. Minjaf kemm kien hemm min qallu li hu ċuċ u baħnan. Iżda Andrea ma tax kaz u ġab ruħu ta' eroj, ta' eżempju għal ħafna żgħażagħ u tfal u wkoll għal ħafna adulti.

Prosit tassew Andrea.


Biex taqra dwar il-kaz li kixef Cassar ikklikkja HAWN.

Wednesday, December 10, 2014

Manuel Mallia jneħħi lill-Prim Ministru

Ara l-filmat minn TVAM ta' dalgħodu hawn taħt.
Norma Saliba tinstema' tgħid "Manuel Mallia neħħa mill-kariga lill-Prim Ministru".
Tgħid kellha xi viżjoni profetika dal-lejl?

Iridu iktar vendikazzjonijiet

Il-propogandist per eċċellenza tal-Partit Laburista Emanuel Cuschieri jikkwota bi prominenza appell ta' sieħbu fis-Super One Ray Mahoney.

It-tnejn li huma jridu lill-Ministru l-ġdid tal-PBS Owen Bonnici "inaddaf u jixkupa" mill-istazzjon nazzjonali.

Ovvjament iriduh "jixkupa" lil dawk il-ftit li baqa' fil-PBS li ma jaqblux magħhom.

Huwa ċar kristall li għal dawn in-nies il-poter huwa biss mezz ta' kif iwettqu l-vendikazzjonijiet.


F'din il-paġna ta' ħdura jispikkaw kummenti u appelli oħrajn bħal "Nibdew mill-PBS u nkomplu f'kull entita pubblika oħra" u "same must be done in all governmental departments".


Il-mibgħeda tispikka fil-maġġoranza tal-kummenti. Hemm saħansitra min qed jgħid li jekk mhux se jneħħu lin-Nazzjonalisti minn ċerta postijiet mhux se jmur jivvota.

 

Anke ritratti ta' xkupi jibgħatulu lill-Ministru Bonnici, għax għalihom in-Nazzjonalisti trab tal-art.

Dawn huma l-istess nies li kienu jgħajtu "tagħna lkoll".

Dawn huma l-istess nies li telgħu bl-għajta "tista' ma taqbilx magħna, imma tista' taħdem magħna."

Tuesday, December 9, 2014

L-iswitchers jgħidulhom "lifgħa Nazzjonalista"

Għeżież switchers, fil-Moviment hekk iħarsu lejkom... "lifgħa Nazzjonalista".

It-telefonati kollha mxandra fil-każ tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru Manuel Mallia

1: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jinstema' jispara t-tiri.


2: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jinstema' jhedded lix-xufier l-ieħor.


3: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jkompli jhedded "Ara ma tqumx ... fuqek naħlih"


4: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia fuq il-post. "Startjahieli naqra għax fiha anke l-bullets"


5: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia lix-xufier l-ieħor "Irringrazzja 'l Alla li ma sparajtx fuqek"


6: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jgħid lill-Aġent Kummissarju "Iva, kellimtu lill-Ministru diġa"


7: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jitkellem mal-Aġent Kummissarju li fuq linja oħra qed jitkellem mal-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia.


8: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jerġa' jikkonferma li spara żewġ tiri.


9: Jinstema' l-Ministru Manuel Mallia jkellem lix-xufier tiegħu u jgħidlu "OK sieħbi"


10 u 11: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jgħid li l-Ministru qallu biex joqgħod id-dar.


12: Ix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia jistaqsi għalfejn għandu jmur id-Depot. "Għalfejn tiġi? Mhux biex naraw x'ġara u ma ġarax!"

€1,400 fil-ġimgħa

€1,400 fil-ġimgħa għall-Kelliemi tal-Gvern u mhumiex kapaċi joħroġu stqarrija li fiha jgħidu l-verità.
Istħu!


Kastilja kienu qed jaraw in-NET

Is-segretarju privat tal-Prim Ministru u kandidat Laburista Sandro Craus tant kienet qed tuġgħu żaqqu għal dak li rnexxielna nagħmlu fuq Net Television f'dawn il-ġranet li lbieraħ ma setax jorqod qabel b'xi mod jattakkana.

Allura, ta' bravu li hu, daħal fuq Facebook u ħarbex xi ħaġa fuqi u fuq Jason Azzopardi. Ma ndunax Craus li b'dak li kien qed jikteb kien qed jikxef għajnu ma' kulħadd li lbieraħ anke hu u sħabu f'Kastilja kienu qed jaraw lilna fuq Net Television!


Monday, December 8, 2014

Ipokriti

Issa li ftit ftit qed nisimgħu r-recordings oriġinali kollha ta' dak li ġara u li ntqal fil-lejl tal-isparaturi tax-xufier tal-Ministru Manuel Mallia, id-difensuri tal-indifensibbli jinsabu f'paniku.

Fuq Facebook qed jgħidu li jridu jsibu lill-whistleblowers li skonthom għaddew ir-recordings lill-ġurnalisti u jpattuhielhom talli ħarġet il-verità.

Infakkarkom li sal-bieraħ, il-protagonisti f'din l-istorja kienu qed jiftaħru b'recordings li ħarġu fil-media li skonthom kienu juru ma kellhom ebda responsabbiltà x'iġorru.

Ipokriti.


Sunday, December 7, 2014

"Se jġib fix-xejn l-awtonomija tal-pulizija mill-politiku" Robert Abela

Indirizza mass meeting tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Miżżewweġ lis-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.

Iben l-eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u President tar-Repubblika George Abela.

Illum avukat tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija, Robert Abela jgħid li l-Gvern ta’ Joseph Muscat u Manuel Mallia qed jimponi ftehim li se jġib fix-xejn l-awtonomija tal-Korp tal-Pulizija mill-politiċi.

Ara l-filmat minn NEWSBOOK hawn taħt.
 

L-intervista sħiħa tista' taraha billi tikklikkja HAWN.

Saturday, December 6, 2014

Il-kurnut tal-poplu Malti

Ara u isma dan il-filmat miġbud fuq karozza tal-linja ftit tal-ġranet ilu:


Friday, December 5, 2014

Il-verità dwar il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel

It-tabella ppubblikata hawnhekk tista' ssibha aġġornata kuljum billi tidħol fil-website www.energy.eu/fuelprices

Kif jidher ċar minn din it-tabella bil-prezzijiet tal-lum, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jigdeb meta jgħid li l-prezzijiet f'Malta huma fost l-orħos fl-Ewropa. Bil-maqlub ta' dak li qed jgħid Muscat, f'Malta qed inħallsu iktar mill-medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-prezzijiet f'Malta huma fost l-ogħla fl-Ewropa kollha.

Wednesday, December 3, 2014

Filmat esklussiv tal-merħba li ngħata l-Ministru Mallia llejla fi Pjazza San Ġorġ

Illejla l-Ministru Manuel Mallia ngħata merħba ta' eroj hu u dieħel taħt it-tinda armata fi Pjazza San Ġorġ mit-taxxi tagħna lkoll.

Il-Ministru kien mistenni jieħu sehem f'laqgħa mis-sensiela 'Gvern li Jisma' (lilu nnifsu u lil tal-qalba u lil ħadd iktar).

Fuq TIMESOFMALTA.COM ixxandar filmat li juri x'ġara llejla taħt it-tinda.

Merħba kbira b'ħafna ċapip, tgħanniq, taptip fuq l-ispallejn, għajjat u kant ta' 'Manuel Manuel'.

B'mod esklussiv f'dan il-blog, hawn taħt, tistgħu taraw il-merħba li ingħata l-Ministru Mallia x'ħin wasal, ftit qabel daħal taħt it-tinda.

Viva l-Labour bus


Dan ir-ritratt ittieħed f'Raħal Ġdid l-għada tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew għall-ħabta tas-sagħtejn ta' wara nofsinhar.

Din il-karozza tal-linja kienet fuq ir-rotta 02 fi triqitha lejn il-Birgu.

Intant sirna nafu li f'din is-sena li t-trasport pubbliku ilu jitmexxa mill-Gvern Laburista, ħallasna għalih 30 miljun Ewro.

Din is-somma hija tliet darbiet iktar minn dak li swietilna l-Arriva fl-aħħar sena tagħha.

U s-servizz mhux talli mhux tliet darbiet aħjar minn dak li kellna, iżda ma jixraqlux aġġettiv ieħor għajr 'taż-żibel'.

Viva l-Labour bus.

Austin Gatt, Manuel Mallia u TVM

Meta fl-eqqel tal-kampanja elettorali bdew ħerġin dettalji dwar il-każ tal-commissions fuq ix-xiri taż-żejt, waħda mill-ewwel affarijiet li għamilt kienet li stedint fil-programm TVHemm lill-eks Ministru Austin Gatt.

L-istedina ma ġietx aċċettata mill-ewwel. Iżda bqajt ninsisti. Kont nibgħat reminder kważi kuljum u ma nafx kemm-il darba ċempilt lil uffiċjali differenti tal-Partit Nazzjonalista ninsisti magħhom biex Gatt jiġi fil-programm.

Sadanittant, f'TVHemm bħal fi programmi oħra ta' TVM, kienu qed jiġu diskussi b'mod regolari l-iżviluppi kollha li bdew joħorġu dwar dan il-każ.

Monday, December 1, 2014

Nofs miljun fis-sena: Budget tajjeb għall-GWU



Hy men, we're European!

The Malta Independent reports: Prime Minister Joseph Muscat laughed off suggestions that Education Minister should have spoken differently on Sunday, saying that after all "we are a European country".

Watch underneath what being a European country means to Muscat, Bartolo and their moviment progressiv.