Tuesday, February 23, 2016

Glenn Bedingfield jikkonferma l-istorja li ħarġet dalgħodu f'dan il-blog

Minn The Malta Independent: Glenn Bedingfield will be contesting the second electoral district in the coming election, the former MEP confirmed to The Malta Independent.


Mill-Malta Today: "A source close to Bedingfield confirmed his intentions when asked by MaltaToday."


Minn The Times of Malta: "When contacted, Mr Bedingfield did not confirm his interest in contesting the election, but said: "I will do whatever is needed where the Labour Party is concerned."

Bedingfield kandidat fuq it-tieni distrett biex jeħilsu minn Joe Mizzi

Sorsi fi ħdan il-Partit Laburista kkonfermaw li Glenn Bedingfield se jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali fuq it-tieni distrett elettorali.

Bedingfield li llum jaħdem fl-Uffiċju tal-Prim Ministru f'pożizzjoni ta' fiduċja qed jiġi proġettat bħala persuna qrib ħafna ta' Joseph Muscat.

Il-kampanja elettorali personali ta' Bedingfield se tikkonċentra l-aktar fuq il-core vote tal-partit li kif deher fl-aħħar sondaġġi qed iħossu mwarrab minn Kastilja.

Fl-aħħar xhur Bedingfield żied il-preżenza tiegħu fuq ir-radju tal-partit u żied il-preżenza tiegħu ukoll fuq l-internet bi tweets u kitbiet kontroversjali li jinżlu għasel mal-Laburisti l-aktar akkaniti.

Dan kollu qed jagħmlu bil-barka u bl-appoġġ ta' Muscat.

Fil-Partit Laburista dawn il-manuvri qed jitqiesu bħala attentat minn Kastilja biex tonqos drastikament is-saħħa tal-Ministru Joe Mizzi fit-tieni distrett. Qed jingħad li f'Kastilja xejn m'huma kuntenti b'Joe Mizzi imma jafu li Mizzi huwa popolari ħafna mal-core vote tal-partit fit-tieni distrett. Għaldaqstant huma qed jaraw f'Bedingfield kandidat idejali li jappella għal dawn il-votanti u li jista' jnaqqar biċċa sew mill-voti ta' Mizzi.

Fl-elezzjoni tal-2013 Joe Mizzi kien it-tieni l-aktar kandidat Laburista li ġab voti (755) wara l-Mexxej Joseph Muscat (13,968).

Joe Mizzi kien elett fit-tieni count wara li kien l-iktar kandidat li wiret voti mingħand l-istess Joseph Muscat (3,591).

Fl-2013 minn dan id-distrett kienu eletti wkoll il-Ministru Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo. Fl-elezzjoni każwali kien elett ukoll is-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

Monday, February 22, 2016

10,000 LIKE u Breakfast Fully Booked

Xi trid iktar mill-ħajja?


LE għall-gay conversion therapy


Li tgħid, tissuġġerixxi jew taħseb li xi ħadd jista’ jibdel l-orjentazzjoni sesswali b’xi terapija psikjatrika hija ereżija mill-kbar nett u insult gravi lill-persuni LGBTIQ.

Din it-tip ta’ terapija hija kundannabbli u anke s-sempliċi fatt li teżisti huwa att vjolenti u krudili fuq dawn il-persuni.

L-unika ħaġa li għandna niddiskutu f’dan ir-rigward huwa kif se nagħmlu liġi li tipprojbixxi li din it-terapija ssir f'pajjiżna bl-iktar mod effettiv, xejn iktar u xejn inqas.

Debono Grech, Superman u l-Laburisti frustrati

Joe Debono Grech - dak li hedded Membru Parlamentari mara li azzardat tiftaħ ħalqha li se jmur għaliha u jifqagħha - ilbieraħ indirizza attivita tal-moviment progressiv ta' Joseph Muscat fiż-Żurrieq.

F'din il-fortizza Laburista li tħalliet bla Ministru, Debono Grech appella lil dawk il-Laburisti frustrati għax Muscat ma żammx kelmtu magħhom. Qallhom li dan Muscat mhux xi Superman u ma jistgħux u m'għandhomx jippretendu li jwettaq dak li wiegħed f'qasir żmien.

Allura, staqsew dawn il-Laburisti frustrati, dawn ta' hawn taħt kif marru daqshekk tajjeb u rranġaw kollox daqshekk malajr?

Tgħid kellmu lil Superman innifsu?








Hemm iktar u hemm oħrajn, ħafna iktar u ħafna oħrajn.
Imma jien m'inix Superman u se nieqaf hawn, għalissa.

Sunday, February 21, 2016

Avviz ieħor fil-gazzetta għall-Prim Ministru

Ġimgħa qara l-avviż ta' Mario Fava fil-Malta Today, illum f'paġna 6 tal-gazzetta ILLUM ...

Owen Bonnici għal fuq id-dizzjunarju illustrat ta' Oxford

Qed jingħad li ritratt tal-Ministru Owen Bonnici flimkien mal-faċċata ta' quddiem ta' The Sunday Times tal-lum se jintużaw għall-ħarġa li jmiss tal-Illustrated Oxford Dictionary biex ifissru l-kelma 'arrogance' bl-aħjar mod possibbli.

Friday, February 5, 2016

Franco Debono mhux irrelevanti

Fil-preżent Franco Debono huwa l-Kummissarju għal-Liġijiet, huwa l-Koordinatur tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali u huwa wkoll Konsulent tal-Gvern dwar il-Ġustizzja. Dawn il-ħatriet kollha ingħatawlu mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Għaldaqstant dak li jgħid u jikteb Dr Debono iġorr il-piż tal-karigi kollha li jokkupa.

Fih ukoll il-piż għax ġej minn persuna li dan il-Gvern tant għandu fiduċja fiha li għabbieha b'dawn ir-responsabbiltajiet kollha.

Jekk għal xi wħud Franco Debono huwa 'irrelevanti' għal dan il-Gvern żgur mhuwiex.

Il-kliem ta' Dr Debono jkun fih aktar piż meta jitratta l-qasam tal-ġustizzja, għax huwa f'dan il-qasam li l-Prim Ministru wera u għadu juri fiduċja sħiħa fih.

Allura huwa mill-aktar rilevanti l-kliem ta' Dr Debono lill-Ministru tal-Ġustizzja meta ftit tal-jiem ilu qallu li l-kelma 'mafia' fil-konfront tiegħu hija ħanina ħafna.

Huwa rilevanti mmens dak li Dr Debono kiteb illum fuq l-istess Ministru tal-Ġustizzja li saħansitra qabblu ma' 'ħmar'. Fi ftit kliem Dr Debono qed jgħid li Owen Bonnici għandu jġorr ir-responsabbilta' politika għax 'arroganti' u 'rasu iebsa' u għax bil-balbuljati li qed jagħmel 'qed idaħħal lill-Gvern fil-ħajt',

Tassew kaz li min xarrab il-bakkaljaw se jkollu jieklu. Tassew kaz li l-Moviment ta' Joseph Muscat qed jimpoldi.

Wednesday, February 3, 2016

It-tifel ma kellu qatt jidher fil-media

Irid ikun każ eċċezzjonali biex nikteb xi ħaġa bi kritika lejn kollega jew kollegi fil-mezzi tax-xandir. Dan huwa wieħed minnhom.

Qed nirreferi għall-każ ta’ missier Malti li allega li ibnu nħataf minn ommu barra l-pajjiż. Mhux se nidħol fil-mertu tal-każ għax mhux l-iskop ta’ din il-kitba.

Irrid biss nirrimarka li ebda ġurnalist u ebda mezz tax-xandir, inkluż dak li naħdem miegħu jien, ma kellhom qatt ixandru ritratti u/jew filmati tat-tifel. It-tifel kellu jkun protett miċ-ċirku medjatiku.

Qatt ma kellu jkun espost bħala t-tifel ‘maħtuf minn ommu’ jew bħala t-tifel li qed jgħix sitwazzjoni mill-aktar ikkumplikata bejn il-ġenituri tiegħu.

Il-kunsens tal-missier u l-fatt li ċertu ritratti kienu diġa pubbliċi fuq is-siti soċjali mhix skuża. Ir-responsabbilta' tagħna l-ġurnalisti tmur lil hinn minn hekk.

Kull ma kellu jsir biex ikun protett it-tifel kien sempliċi ċirku, kif qed nuża jien, biex jitgħattielu wiċċu.

Kont nistenna li l-Kummissarju tat-Tfal u l-Aġenzija Appoġġ jitkellmu fuq dan il-każ, iżda s’issa kellna biss silenzju. Nistenna wkoll li l-liġijiet tagħna jħarsu iktar lill-minorenni, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, kultant anke mill-ġenituri tagħhom stess.