Sunday, June 30, 2013

Grazzi Marlene

Taqbel u ma taqbilx magħhom, il-politiċi 'ta' vera' huma dawk li kapaċi jieħdu pożizzjonijiet diffiċli li mhux bilfors jinżlu tajjeb mal-elettorat... Il-politiċi 'ta' vera' huma dawk li ma joqgħodux jistaħbew biex jipproteġu dak li jkunu kisbu.

Marlene Farrugia hija waħda minn dawk li jien inħossni kburi li qed tirrappreżentani fil-Parlament Malti. U dan qed ngħidu mhux għax ivvutajtilha jew għax naqbel magħha f'kull ma tgħid u tagħmel.

Grazzi Marlene.... U issa ejja nkomplu nargumentaw, ejja nkomplu nħabbtu l-idejat u ejja nkomplu nirrispettaw lil xulxin kif dejjem għamilna.

No comments:

Post a Comment