Monday, June 2, 2014

Le għar-razziżmu

Nappella lill-Gvern biex l-istess sforz li qed jagħmel (b’suċċess) biex jippromwovi lilu nnifsu, jagħmlu biex jiġġieled is-sentiment razzista li nħoss li qed jiżdied ta’ kuljum fis-soċjetà tagħna (kultant inkonxjament).

Onorevoli Prim Ministru, lil dawk li qed iħarsu lejn politika estremista tal-lemin bħala soluzzjoni mhux tifhimhom trid imma tfehmhom.

M’għandix dubju li jekk il-Gvern jiddeċiedi li jimbarka fuq kampanja ta’ dan it-tip se jkun qed isib l-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni.

No comments:

Post a Comment