Tuesday, July 8, 2014

Ilbieraħ fuq TVM

Ilbieraħ kellna l-bidu tas-smiegħ tal-kawża li eks Kummissarju Ewropew Malti fetaħ fil-Qorti Ewropea dwar ir-riżenja/tkeċċija tiegħu. Kif ippjanat xehdu fost oħrajn l-istess eks Kummissarju u l-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Ilbieraħ ukoll sbaħna bl-aħbar li Skola Sajf u Klabb 3-16 ġew posposti b’ġimgħa. Intlaqtu 10,800 tifel u tifla u l-ġenituri tagħhom.

Għal kull ġurnalist, editur, producer, u preżentatur ta’ programm ta’ ġrajjiet kurrenti żewġ aħbarijiet bħal dawn huma manna mis-sema. Iżda mhux għall-istazzjon nazzjonali Malti.

Ilbieraħ filgħaxija fuq TVM kien imissu jixxandar is-suppost programm ta’ ġrajjiet kurrenti Reporter ta’ Saviour Balzan. Il-programm sar kif skedat iżda l-ebda wieħed minn dawn is-suġġetti ma kien diskuss, lanqas għal minuta waħda.

No comments:

Post a Comment