Wednesday, December 3, 2014

Viva l-Labour bus


Dan ir-ritratt ittieħed f'Raħal Ġdid l-għada tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew għall-ħabta tas-sagħtejn ta' wara nofsinhar.

Din il-karozza tal-linja kienet fuq ir-rotta 02 fi triqitha lejn il-Birgu.

Intant sirna nafu li f'din is-sena li t-trasport pubbliku ilu jitmexxa mill-Gvern Laburista, ħallasna għalih 30 miljun Ewro.

Din is-somma hija tliet darbiet iktar minn dak li swietilna l-Arriva fl-aħħar sena tagħha.

U s-servizz mhux talli mhux tliet darbiet aħjar minn dak li kellna, iżda ma jixraqlux aġġettiv ieħor għajr 'taż-żibel'.

Viva l-Labour bus.

9 comments:

  1. Ir-ritratt kont rajtu x'imkien iehor imma din tat-30 miljun illum sirt naf biha.
    Vera inkapaci l-ministru Joe Mizzi biex b'dawk il-flus kollha ghamel dan id-dizastru ta' transport.

    ReplyDelete
  2. Not fit for purpose.

    ReplyDelete
  3. Tghid ser nirrizenja Joe Mizzi la it-trasport pubbliku ji sab f'qaghda ehzen minn meta kien hemm Austin Gatt ministru?

    ReplyDelete
  4. Fjask iehor u dwar il budget nixtieq nghid li s-sigarretti mhux 10c olew imam 30c kemm tipruvaw tidhku bin nies !! issa adda dak iz zmien.

    ReplyDelete
  5. Kemm ghandek dwejjaq sur vella

    ReplyDelete
  6. Il-malti jghid LI TIZRA TAHSAD. Min lien jixtieq id-deni lill ghiru jistenna li jigi fuqu

    ReplyDelete
  7. Tidher li imdejjaq bis sitwazzjoni Sur Vella!! Issaporti siehbi ghax fadallek u ahjar ma tkomplix iddahhaq. Mela nsejtu zmienkhom????

    ReplyDelete
  8. Dan ir ritratt ittiehed fl 10 ta marzu Norman . X faqar ta gurnalizmu. Ahjar tkompli tittibra il passaporti

    ReplyDelete
  9. Qedin fi Zmien tal gideb korrezjion u komunizmu bhal zmien 70 u 80 u il puluzija miex f'data u ghaliex waqaf il kas tas ziet jaqaw il ministru mallia kellu x jaqsam ikoll ghax kien avukat ta l ahwa Farrugia ghax taht dal gvern kollox possibli u issa nistu naghmlu li irridu bhal ma qed jaghmel il gvern.

    ReplyDelete