Saturday, November 14, 2015

Politika ta' mibgħeda

Jekk it-terroristi tal-ISIL jaqraw x’kitbu xi Maltin (jiddispjaċini ninnota, ĦAFNA Maltin) fuq Facebook illum tgħidx kemm jogħrku jdejhom u jitpaxxew.

L-uniku politika u twemmin tat-terroristi hija l-MIBGĦEDA.

Jidher li dan is-sentiment qed jaħkem lil bosta anke f’pajjiżna. U din hija r-rebħa li jridu dawn it-terroristi. Dawn iridu joqtlulna ruħna, mhux ġisimna. Ikun idjota u kodard min jagħzel li jċedilhom mhux min jibqa sod minkejja t-terrur, minkejja t-theddid.

Ironikament ħafna minn dawn li qed jirremmettu l-mibgħeda qed jgħattu wiċċhom bil-bandiera Franċiża.

Tgħid jafu li dawk huma l-kuluri tal-libertà, l-ugwaljanza u l-fraternità?

No comments:

Post a Comment