Saturday, December 5, 2015

Muscat u l-ħallelin miljunarji

Il-Prim Ministru lbieraħ qal li qabel jibda jagħmel xi ħaġa fuq il-boathouses illegali li nbnew fuq art li suppost hija tagħna lkoll, se jaffronta lill-miljunarji li fi kliemu ħatfu l-artijiet kontra l-liġi u saru sinjuruni minnhom.

Jibda minn fejn jibda u jibda minn min jibda, tkun ħaġa tajba li l-Prim Ministru jibda. Anzi, intendi naqbel miegħu li għandu jibda min dawk li ħatfu (serqu) l-aktar.

Iżda stqarrija bħal din ma tistax titħalla għaddejja mingħajr ftit mistoqsijiet pertinenti.

Sur Prim Ministru, min huma dawn il-miljunarji li kont qed tirreferi għalihom ilbieraħ?

Liema huma l-artijiet li semmejt u xi żvilupp sar fuqhom?

Kemm hemm minn dawn l-illegalitajiet u abbużi?

Meta se tibda tieħu passi?

X’se jkunu l-passi li se tieħu?

Wara li tlesti minn dawn il-ħallelin miljunarji, se tibda ddur lil dawk il-ħallelin ifqar, bħal tal-boathouses?

Tista’ jekk jogħġbok tagħti time frame lilna ċ-ċittadini li qatt ma sraqna xejn, la żgħir u lanqas kbir, meta se ssir ġustizzja magħna?

2 comments:

  1. Biex tkun taf kif jimxi Joseph Muscat mal-miljunarji staqsi lil tal-Cafe Premier u lil Gaffarena.

    ReplyDelete
  2. nahseb bl-australia hall ser jibda

    ReplyDelete