Friday, January 29, 2016

Qabbel u ifhem x'qed jiġri

Il-Gvern bagħat lill-pulizija jinvestigaw id-Dipartiment tal-Artijiet tmien xhur wara li deher l-ewwel rapport dwar l-iskandlu Gaffarena fis-Sunday Times. Iżda l-Gvern m'għamilx l-istess meta fil-Malta Today f'Jannar li għadda deheret storja dwar uffiċjal tal-Malta Resources Authority.

Dakinhar stess, minkejja li kien il-Ħadd, sad-9 ta' filħodu l-Gvern kien diġa ħareġ stqarrija jgħid li dan l-uffiċjal kien ġie sospiż. Dakinhar stess il-pulizija bdew jinvestigaw il-każ u l-għada t-Times irrapurtat li dan l-uffiċjal kien qed jiġi interrogat mill-pulizija fid-Depot. (ara l-gazzetti hawn taħt)

Għaliex il-Gvern ta' Joseph Muscat ma kellux l-istess reazzjoni għall-iskandlu Gaffarena?

Għaliex il-pulizija damet tmien xhur biex daħlet fil-każ?

Għaliex il-pulizija, anke issa, ma marritx tinvestiga f'Kastilja fejn twieled dan l-iskandlu imma marret biss fid-Dipartiment tal-Artijiet?

Għaliex ma ġarax kif ġara dwar l-allegazzjoni ta' abbuż fil-Malta Resources Authority?

Ma tridx tkun professur biex twieġeb dawn id-domandi.



No comments:

Post a Comment