Monday, February 22, 2016

Debono Grech, Superman u l-Laburisti frustrati

Joe Debono Grech - dak li hedded Membru Parlamentari mara li azzardat tiftaħ ħalqha li se jmur għaliha u jifqagħha - ilbieraħ indirizza attivita tal-moviment progressiv ta' Joseph Muscat fiż-Żurrieq.

F'din il-fortizza Laburista li tħalliet bla Ministru, Debono Grech appella lil dawk il-Laburisti frustrati għax Muscat ma żammx kelmtu magħhom. Qallhom li dan Muscat mhux xi Superman u ma jistgħux u m'għandhomx jippretendu li jwettaq dak li wiegħed f'qasir żmien.

Allura, staqsew dawn il-Laburisti frustrati, dawn ta' hawn taħt kif marru daqshekk tajjeb u rranġaw kollox daqshekk malajr?

Tgħid kellmu lil Superman innifsu?








Hemm iktar u hemm oħrajn, ħafna iktar u ħafna oħrajn.
Imma jien m'inix Superman u se nieqaf hawn, għalissa.

3 comments:

  1. it-tifla ta' anglu farrugia u r-ragel, willie mangion, lou bondi, joe grima, john dalli, norman hamilton, ray azzopardi, joseph cuschieri, jason micallef u tas-super one kollha ... u zgur li hemm hafna aktar!!!

    ReplyDelete
  2. u s sudati tal azzar jittewbu

    ReplyDelete
  3. Il-fatt hu li l-elezzjoni li għaddiet mhux bil-Laburisti ġenwini intrebħet imma bl-iswitchers. Muscat jaf dan u jaf li anki dik li ġejja se jkollu bżonnhom.

    Ma jimpurtax li l-Mintoffjani u Laburisti oħra jgergru, għax ħafna minnhom xorta jivvutaw PL u, hekk jew hekk, mhumiex krucjali għar-rebħa.

    Ironikament, il-maggoranza ta' 36000 vot, li tant ferħu biha l-Laburisti, irrendiethom irrilevanti u insinifikanti. Muscat għandu maġġoranza kbira biżżejjed biex jaffordja jitlef ftit eluf ta' Laburisti antiki. L-aqwa li għandu l-massa tas-switchers.

    Antoine Vella

    ReplyDelete