Sunday, November 27, 2016

Joseph Muscat bħal Anġlu Farrugia: Min se jgħidlu jirriżenja?

"Hija l-fehema tiegħi li dikjarazzjonijiet simili mhumiex flokhom u m'għandhomx isiru għaliex jimminaw kolonna importanti tad-demokrazija ta' pajjiżna"

Dan il-kliem qalu Joseph Muscat meta ftit ġranet qabel bdiet il-kampanja elettorali ħabbar li kien talab lil Anġlu Farrugia jirriżenja mill-kariga ta' Deputat Mexxej Laburista.

Skont Muscat, il-ħtija ta' Farrugia kienet li ta x'jifhem li sentenza mgħotija minn Maġistrat kienet motivata mit-twemmin u l-involviment politiku ta' qraba tagħha.

Erbgħa snin wara, dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li s-sentenza mgħotija mill-Qorti Kostituzzjonali dwar ir-rappreżentanza (is-siġġijiet) fil-Parlament turi li l-Gvern tiegħu mhux parti mill-'establishment' u li huwa l-'underdog'.

Huwa ovvju li l-Prim Ministru qed jipprova jagħti x'jifhem li din id-deċiżjoni tal-ogħla Qorti tal-pajjiż ġejja minn rabtiet 'politiċi'.

Nistaqsi, min fil-Labour se jagħmel kif Joseph Muscat għamel lil Anġlu Farrugia u jitolbu jirriżenja?

No comments:

Post a Comment