Sunday, January 5, 2014

Tliet propogandisti għal Konrad Mizzi

Jista' xi ħadd jispjega għaliex il-Ministru Konrad Mizzi impjega fil-Ministeru tiegħu (direttament jew b'konsulenza) tliet eks ġurnalisti tan-newsroom tal-ONE?

X'inhi l-ħtieġa li fil-Ministeru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma jkun hemm jaħdmu 3 persuni li l-ħiliet u l-esperjenzi tagħhom huma fil-propoganda Laburista?


Jaqaw fix-xhur li ġejjin se nkunu qed inħallsu għal xi kampanja propogandistika intensiva tal-Gvern intiża biex tbellgħalna xi ħaġa dwar il-prezzijiet tal-enerġija?

Intant, infakkar li llum ċilindru gass iqum 3.20 iktar minn dakinhar li l-Partit Laburista (fl-Oppożizzjoni) ħareġ jipprotesta fit-toroq tal-Belt Valletta u li għall-Unleaded Petrol qed tħallas 12ċ iktar kull litru u għad-diesel qed tħallas 15ċ iktar kull litru.

No comments:

Post a Comment