Friday, May 2, 2014

Top-up fuq il-paga minima

Il-proposta tal-Gvern li min jaqla’ l-paga minima jingħata ‘top-up’ fi flus toħloq inġustizzja bejn id-diversi kategoriji ta’ ħaddiema li għandhom dħul baxx.

Dan il-għaliex il-ħaddiema li llum jaqilgħu biss ftit iktar mill-paga minima, se jispiċċaw isiru dawk li jaqilgħu l-inqas.

Per eżempju, jekk din it-‘top-up’ tkun ta €1,500 fis-sena, dawk li llum jaqilgħu biss €500 iktar mill-paga minima se jispiċċaw jaqilgħu €1,000 inqas minn min qiegħed fuq il-paga minima.

Nappella lill-Gvern jistudja bis-serjetà l-impatt li miżura bħal din jista’ jkollha fuq is-swieq tax-xogħol u fuq ir-relazzjonijiet industrijali fil-pajjiż u biex jikkunsidra soluzzjonijiet alternattivi.

Il-Gvern għandu jkun ċert li dak li se jagħmel ikun tassew ta’ ġid għall-ħaddiema kollha u m’għandux jipprova juża lil dawk li jaqilgħu l-inqas għall-iskopijiet elettorali tiegħu.

Agħfas hawn biex tarqa r-rapport tat-Times.

No comments:

Post a Comment