Tuesday, September 6, 2016

M'hemmx flus għan-nurses

L-ekonomija b'saħħitha li tant jiftaħar biha l-Prim Ministru Joseph Muscat mhix b'saħħitha biżżejjed biex jitħaddmu in-nurses kollha li se jiggradwaw din is-sena.

Fil-jiem li għaddew l-istudenti tlaqqgħu mill-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) li qaltilhom ċar u tond li l-Gvern m'għandux flus biex iħaddem lin-nurses kollha.

Minn madwar 160 nurse ġdid/a, il-Gvern informa lill-MUMN li għandu flus biex iħaddem 100 biss.

Minn dak li ntqal jirriżulta li lill-Ministru Fearne tawh budget biex iħaddem biss 100 infermier u 100 tabib.

U l-oħrajn? Jidher li se jitħallew isaffru!

Dan aktarx ifisser li l-Ministeru tas-Saħħa lanqas mhu se jkollu flus biex jimpjega professjonisti oħra tas-saħħa bħal ma huma Radjografi, Fiżjoterapisti, Tekniċi tal-Laboratorju eċċetera.

8 comments:

  1. Norman trid tkun ta Malta Taghna Lkol biex takwista.

    ReplyDelete
  2. Jekk ir-rating agencies huwa ta' min jemminhom (dawn, wara kollox, huma l-istess agenziji li baqghu qatt ma avzaw lil had fuq il-krizi finanzjarja tal-2008), Malta ghandha l-ahjar set ta' data ekonomika f'dicenji shah, b'debt to GDP-to-ratio mistenni jaqa' ghal 58%. U minflok dal-gvern jaghzel li isahhah is-servizz tas-sahha, l-edukazjoni u l-infrastruttura, Joseph Muscat u shabu jaghzlu li iberbquhom b'mod oxxen u kwazi delinkwenti. Isthu jekk tafu.

    ReplyDelete
  3. Allura fkus ghal nurses barranin hemm ? Ghal maltin m hemmx ?

    ReplyDelete
    Replies
    1. naqqas il paga ta mad-Warrak hu ikkollok biex T'hallas in nurses

      Delete
  4. naqqas il pagi ta madwarrek hu ikkkollok biex T'hallas in nurses ?

    ReplyDelete
  5. Minix nghid li Josph Muscat ghandu ikun ezatt bhall papa tiehghi imma l-ideologia tbiddket wisq favur ibtrtessi specjali!
    Dan qalitu Yana Mintoff it tifla ta Don Mintoff, jigifiei stennew war min imiskhom il flus li hemm ghal min hu pro business CEO bil €85000 fus-sena u jekk filkas ghalissa sibu prekarjat.

    ReplyDelete
  6. Tista tippublika il kumment li ghamlet Yana Mintoff 4 ta Settembru pagna 12 il gazzetta Illumu jekk jogbok is-saqsi fejnhom il Laburisti Sal mewt?
    Ax jekk qraw dan kartiklu bhali li jien Mintuffjan vera Pri-Ministru titwieled u mhux jaghmluk.
    Viva Mintoff

    ReplyDelete
  7. Saqsu lil Joey Xerri (Scerri) ghax qed jaggorna l-ahbarijiet kontinwament. Qieghed up todate fuqhom.

    ReplyDelete