Friday, October 7, 2016

Franco Debono baqa' Assistent Parlamentari ta' Gonzi sa lejliet l-aħħar elezzjoni generali

Jekk illejla se taraw Xarabank u se tisimgħu lil Franco Debono jitgħajjar fuq kemm kien ħażin il-Gvern Nazzjonalista ta' Lawrence Gonzi, żommu f'moħħkom li dak iż-żmien Franco Debono kien l-Assistent Parlamentari tal-istess Prim Ministru Gonzi.

Minkejja l-paroli, t-tejatrini u t-tisbit tas-saqajn, Franco Debono qatt ma rriżenja minn dik il-kariga u baqa' jżomm l-uffiċċju f'Kastilja sal-aħħar ġurnata tal-leġislatura.

Minkejja li fl-aħħar xhur (jew snin) ta' dak il-Gvern Debono qatt ma kien jersaq lejn dan l-uffiċċju, fl-aħħar ta' kull xahar xorta kien jirċievi l-ħlas (is-salarju) għal din il-pożizzjoni.

Dan il-ħlas baqa' jirċevieh sal-aħħar ġurnata tal-leġislatura.

1 comment:

  1. Insejt tghid li din il-paga kien johodha over and above l-onorarja tal-Parlament. Mercenarju.

    ReplyDelete