Thursday, October 13, 2016

Jason Micallef jammetti: "Fallejna bil-kbir"

Ic-Chairman tal-istazzjonijiet tal-Partit Laburista Jason Micallef dalgħodu stqarr fuq Facebook li fil-qasam tat-trasport il-Gvern Laburista falla bil-kbir.

Micallef ammetta li "t-traffiku ta' pajjiżna sar kriżi u pjaga nazzjonali."


Jidher ċar li fil-Partit Laburista hemm skuntentizza kbira bl-operat tal-Ministru Joe Mizzi u tal-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta James Piscopo. Piscopo, li kien Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, qed jitħallas 85,000 Ewro fis-sena u fl-eqqel ta' din il-kriżi qed isib il-ħin jiftaħ, imexxi u jħaddem waħdu kumpanija privata.

Ftit tal-ġranet ilu kien id-Deputat Laburista Luciano Busuttil li għamel kumment simili għal ta' Micallef.

2 comments:

  1. L-istorja ta' Jason mhix fuq it-traffiku Norman. Naf x'qed nghidlek. Jason lil Piscopo ta' TM ma jistax ghalih. Ilu biex iwahhalulu minn meta Piscopo sar CEO tal-partit u Jason tkecca minn Segretarju Generali. Issa fl-ahhar waslet is-siegha tieghu u hariglu l-mannara. Qabel ipattijielu mhux ser jistrieh. Ex Delegat.

    ReplyDelete
  2. Il-verita sagrosanta qed jghid Jason Micallef. Ma nafx xi trid tkun biex ma tammettix li din tat-traffiku saret l-ikbar marda li ghandu l-pajjiz. Jien sirt ninqabad fit-traffiku malli nistartja l-karozza minn quddiem il-bieb tad-dar. Fejn tista tasal aktar!

    ReplyDelete