Wednesday, April 12, 2017

Glenn Bedingfield rebaħ il-Pulitzer

Għadu kif tħabbar li l-blogger ta' Kastilja Glenn Bedingfield rebaħ l-iktar premju prestiġġjuż fid-dinja fil-ġurnaliżmu, jiġifieri l-'Pulitzer'.

Qabel tibdew tifirħulu u tinnominawh għal Ġieħ ir-Repubblika kunu afu li, ovvjament, qed ngħaddikom biż-żmien.

Il-verità hija li l-Pulitzer intrebaħ mit-tim ta' ġurnalisti li kixef l-iskandlu internazzjonali 'Panama Papers' li sħab Bedingfield f'Kastilja huma fost il-protagonisti tiegħu.

Il-verità hija li wieħed minn dawn il-ġurnalisti huwa Malti u li issa sar l-ewwel ġurnalist Malti fl-istorja li qatt ingħata dar-rikonoxximent.

Dan il-ġurnalist jismu Matthew Caruana Galizia u ovvjament, għall-istazzjon 'nazzjonali' din l-aħbar mhix aħbar u ma qalulnix biha.

Issa biex forsi jħajjru lil TVM jagħmlu rapport fuq il-'Pulitzer', l-organizzaturi qed jikkunsidraw li vera jagħtu premju lil Glenn. Aktarx se jippremjawh għall-iktar fake news li waqqgħet lil min kitibha għan-nejk fl-2016!

Għax dan Glenn, bl-għajnuna tal-gazzetti tal-General Workers Union, kien qalilna li l-istejjer dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama kienu biss attakk vendikattiv Nazzjonalista bbażat fuq informazzjoni mixtrija b'eluf kbar ta' Ewro minn negozjant Malti li wara snin ipappiha tilef xi kuntratt fil-qasam tal-enerġija u ried ipattiha lil Konrad Mizzi u Keith Schembri!

Ejja ngħiduha kif inhi, ħadd ma ħaqqu dal-Pulitzer daqs dal-kandidat stilla tal-Labour!


3 comments:

  1. Anything this person says, one has to take with a pinch of salt. Problem is, we have taken so many pinches now, we're all suffering from high blood pressure!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Francis, I think you should have said a ton of salt.

      Delete
  2. O Glen ta qalbi. Kemm tghogobni meta tirbah xi trophy bhal dak. M'hux li kien nistaw nahtfuh ukoll. Dak taghna ukoll. Iva taghna. Ahna ukoll fil qalba ta go Kastilja. His Glen, thabbeb ftit mal Prim. Ara li tobdieh jekk jghidlek tikteb xi haga. Anke jekk tkun hekk u hekk. Basta tkun mieghu. Hisa, Glen forsi ma tafx kif nahtfu iktar, u iktar, u iktar. Kollox taghna jrid ikun, mill Australia Hall sal Panama. Kollox taghna. Kollox ghallina ta Kastilja.

    ReplyDelete