Minn TIMES OF MALTA.COM
Ma
nara xejn pożittiv fi Gvern li minflok iwieġeb id-domandi leġittimi
tal-ġurnalisti jħeġġiġhom jiftiehmu miegħu biex ixandru l-istejjer
pożittivi li jgħidilhom bihom hu.
Issa li nafu kif il-Gvern qed jimxi
mal-ġurnalisti tal-media indipendenti, m’għandniex bżonn ħafna
immaġinazzjoni biex nifhmu kif il-Gvern qed jittratta lill-ġurnalisti
fil-media li jikkontrolla hu.
Tuesday, June 10, 2014
Monday, June 2, 2014
Le għar-razziżmu
Nappella
lill-Gvern biex l-istess sforz li qed jagħmel (b’suċċess) biex
jippromwovi lilu nnifsu, jagħmlu biex jiġġieled is-sentiment razzista li
nħoss li qed jiżdied ta’ kuljum fis-soċjetà tagħna (kultant
inkonxjament).
Onorevoli Prim Ministru, lil dawk li qed iħarsu lejn politika estremista tal-lemin bħala soluzzjoni mhux tifhimhom trid imma tfehmhom.
M’għandix dubju li jekk il-Gvern jiddeċiedi li jimbarka fuq kampanja ta’ dan it-tip se jkun qed isib l-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni.

Danke schön
Ringrazzjament
xieraq lill-votanti kollha ta’ Imperium Europa mingħand l-eroj
tal-mexxej tagħhom.
Nota: Fil-ktieb tiegħu ‘Imperium Europa’ Norman Lowell isejjaħ lil Adolf Hitler “the hero”.
Nota: Fil-ktieb tiegħu ‘Imperium Europa’ Norman Lowell isejjaħ lil Adolf Hitler “the hero”.
Sunday, June 1, 2014
Wednesday, May 28, 2014
Il-PN għandu 'problemi kbar li jinħtieġu soluzzjonijiet kbar' - Vella
Rapport ta' inewsmalta
Norman Vella, li kien wieħed mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda għall-Parlament Ewropew, qal li l-PN għandu problemi kbar li jinħtieġu soluzzjonijiet kbar. Huwa saħaq ukoll li t-telfa tal-PN din id-darba kienet saħansitra akbar minn dik tal-elezzjoni ġenerali tal-2013.

Tuesday, May 27, 2014
Post-mortem elettorali
Inqis t-telfa tal-Partit Nazzjonalista
fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt bħala telfa ikbar minn dik tal-elezzjoni
ġenerali li għaddiet.
Indipendentement minn x'għamel u m’għamilx il-Gvern Laburista f’din l-ewwel sena tiegħu, huwa stat ta’ fatt li l-partit tagħna għandu problemi kbar mal-elettorat.
Problemi kbar jeħtieġu soluzzjonijiet kbar.
Kuraġġ.

Thursday, May 22, 2014
Time for a reality check
After barely one year in office, this government betrayed some of its most fundamental electoral promises. Gone is the rallying call of Malta TaghnaLkoll. Meritocracy is pretty much dead and buried under the lucrative jobs and contracts given to Labour’s inner core.
€950 fil-ġimgħa għal Luciano
It-Times tirraporta dħul ta' €49,482 fis-sena (€950 fil-ġimgħa) għad-Deputat Laburista Luciano Busuttil mill-karigi li ingħata minn Joseph Muscat u l-onorarja tal-Parlament. Skont it-Times, Busuttil qed idaħħal iktar minn €4,000 iktar minn Ministru.
Tal-qalba jkomplu jiffangaw.
Wednesday, May 21, 2014
Monday, May 19, 2014
Kastig
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta IN-NAZZJON tat-Tnejn 19 ta' Mejju 2014
Din id-dikjarazzjoni
tal-Prim Ministru tfisser li kull min ivvota lill-Partit Nazzjonalista fl-1992,
fl-1998, fl-2003 u fl-2008 għażel Gvern li kien qed jikkastigah. Fost dawn
il-“kastigi” hemm il-kisba tad-demokrazija, il-pluraliżmu fix-xandir,
il-ħolqien ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol, il-kisba tal-libertà, l-eluf ta’
proġetti li mmodernizzaw lil pajjiżna, il-twelid u t-tisħiħ tal-kunsilli
lokali, il-liberalizzazzjoni tal-ekonomija, l-eluf ta’ operazzjonijiet u
servizzi oħra tas-saħħa fi sptar u faċilitajiet state of the art, il-ftuħ tal-Università għal kulħadd, il-ftuħ
mill-ġdid tal-MCAST u l-bini ta’ iskejjel ġodda mimlijin apparat u faċilitajiet
moderni u mitt ħaġa oħra.
F’din il-kampanja
elettorali mimlija “enerġija pożittiva”, il-Prim Ministru Joseph Muscat
iddeskriva l-25 sena li pajjiżna u l-poplu tagħna għamel taħt tmexxija ta’
Gvernijiet Nazzjonalisti bħala “kastig”. Biex inkun preċiż huwa qal lill-folla
ta’ partitarji Laburisti miġbura f’Ħal Tarxien li min minnhom ma jmurx jivvota
fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li ġej se jkun qed “jagħmel pjaċir lil min
ikkastigah għal 25 sena sħaħ”.
Din id-dikjarazzjoni
tal-Prim Ministru tfisser li kull min ivvota lill-Partit Nazzjonalista fl-1992,
fl-1998, fl-2003 u fl-2008 għażel Gvern li kien qed jikkastigah. Fost dawn
il-“kastigi” hemm il-kisba tad-demokrazija, il-pluraliżmu fix-xandir,
il-ħolqien ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol, il-kisba tal-libertà, l-eluf ta’
proġetti li mmodernizzaw lil pajjiżna, il-twelid u t-tisħiħ tal-kunsilli
lokali, il-liberalizzazzjoni tal-ekonomija, l-eluf ta’ operazzjonijiet u
servizzi oħra tas-saħħa fi sptar u faċilitajiet state of the art, il-ftuħ tal-Università għal kulħadd, il-ftuħ
mill-ġdid tal-MCAST u l-bini ta’ iskejjel ġodda mimlijin apparat u faċilitajiet
moderni u mitt ħaġa oħra.
Fost dawn
il-“kastigi”, 10 snin ilu kellna wkoll l-isħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Sunday, May 18, 2014
Għandu raġun
Għandu raġun jgħid hekk il-Prim Ministru Joseph Muscat għax li ma kienx għal Simon Busuttil u għall-Partit Nazzjonalista nhar is-Sibt m’għandniex elezzjoni għall-Parlament Ewropew f’pajjiżna u l-ebda Malti u l-ebda Għawdxi ma jmur jivvota.
Is-suldati tal-azzar
Artiklu ppubblikat fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 18 ta' Mejju 2014
F’attività tal-Partit Laburista fl-Imqabba, il-Prim Ministru Joseph Muscat għammed lill-bijografu tiegħu Cyrus Engerer bħala “suldat tal-azzar”. Dr Muscat għamel din id-dikjarazzjoni l-għada li l-istess Cyrus Engerer instab ħati ta’ reat kriminali u għalih ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi.

L-ewwel darba li ntużat
il-frażi “suldati tal-azzar” kien fis-snin sittin. Il-Perit Duminku Mintoff, dak
iż-żmien mexxej tal-Partit Laburista, kien sejjaħ hekk lil dawk li vvotaw
lill-partit tiegħu minkejja li l-Arċisqof kien qalilhom li jekk jagħmlu hekk
ikunu qed jagħmlu dnub.
Subscribe to:
Posts (Atom)