Saturday, May 23, 2015

Wednesday, May 20, 2015

Tridux nagħmluha l-Mistra?

Peress illi fost dawk li qed iħallas bl-eluf kbar ta’ Ewro ma kienx hemm wieħed jew waħda kapaċi jsiblu post fejn il-kuntrattur Ġordaniż jibni Università li mhi se tkun Università xejn u lukanda fejn iraqqad l-istudenti tagħha, il-Premier Muscat nieda formola fuq il-website tal-Gvern fejn int u jien nistgħu nipproponulu xi mkien ieħor li mhux iż-Żonqor.

Fost il-proposti li daħlu kien hemm din:


Tiftakru meta konna ngħumu fil-ħara?

Fis-sensiela ‘Gvern Nazzjonalista kien kastig kbir għal Malta’ illum tħabbar li l-baħar li hu mdawwar bih pajjiżna huwa l-iktar nadif fl-Ewropa.

Ovvjament dejjem se jkun hemm dawk li jaħsbu u jemmnu li l-Premier Muscat għamel xi miraklu stil Mosè u l-manna fid-deżert u b’sempliċi tegħmiża ġabna l-aqwa fl-Ewropa. Imma r-realtà mhix dik.

Ir-realtà hi li dan hu riżultat ta’ investiment enormi li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu fi tliet impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ, wieħed f’Għawdex, ieħor fin-north u ieħor fis-south. L-impjant tas-south huwa l-istess wieħed li Muscat qed jgħajjar lin-Nazzjonalisti bih f’tentattiv iddisprat li jiġġustifika l-isfreġju ambjentali li jrid jagħmel fiż-Żonqor.

Għax il-PN lil tas-south għamlilhom impjant tal-ħara, qallhom il-Premier f’Wied il-Għajn. U tgħix kemm ċapċpulu. Kien hemm anke l-Qaħbu taż-Żejtun iċapċaplu. Ma ntebħux dawn iċ-ċapċapa li l-ħara li qed jitnaddaf f’dan l-impjant huwa l-istess ħara li sa ftit snin ilu konna ngħumu fih fil-maġġoranza tal-bajjiet tas-south u ta' bnadi oħra.

Lill-Qaħbu u ċ-ċapċapa l-oħra Muscat ma qallhomx li dawn l-impjanti setgħu jsiru biss bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej. Miljuni fuq miljuni li Muscat tgħidx kemm tmasħan biex ma jiġux lejn pajjiżna. Li kien għalih, tas-south, tan-north u ta’ Gozo għadna ngħumu fil-ħara.

U l-Università tal-Ġordaniż minflok sea view kien ikollha shit view.

Mhux xorta!



Tuesday, May 19, 2015

Sindku Laburista ma jaqbilx ma’ Muscat

Kieku s-Sindku Laburista ta’ Birżebbuġa kien Sindku ta’ Wied il-Għajn kien ikun kontra l-iżvilupp li l-Premier Muscat irid li jsir fiż-Żonqor.

Is-sindku Kevin Barun qal lit-Times li n-nies ta’ Birżebbuġa ma jiggwadanjaw xejn jekk l-Università tal-Ġordaniż tinbena fil-l-lokalità tagħhom.

Lit-Times qalilhom li r-residenti ta’ Birżebbuġa m’għandhomx bżonn iktar bini, iżda iktar spazji miftuħa.

Kieku jien residenti Wied il-Għajn nistaqsi ftit lili nnifsi għaliex dak li mhux tajjeb għan-nies ta’ Birżebbuġa għandu jkun tajjeb għal dawk ta’ Wied il-Għajn.

U waqt li nkun qed nagħmel din il-mistoqsija nżomm f’moħħi li s-sit propost f’Birżebbuġa huwa diġà żviluppat (ara r-ritratt fir-rapport tat-Times hawn taħt) u s-sit f’Wied il-Għajn għadu mhux mimsus.


Monday, May 18, 2015

Aqtagħha Arċisqof

Fis-snin sittin il-ġlieda politiko-reliġjuża bdiet b’ċensura tal-Knisja għal artiklu miktub f’gazzetta Laburista.

Aktar minn nofs seklu wara hemm min irid jipprovoka ġlieda oħra politika-reliġjuża.

Iżda din id-darba l-partijiet inqalbu.

Issa huma esponenti tal-Gvern Laburista li jridu jiċċensuraw lill-Arċisqof!

Sunday, May 17, 2015

Aktar minn €150,000 fis-sena għall-koppja Engerer De Battista

Is-‘suldat tal-azzar’ Cyrus Engerer, misjub ħati fil-qorti ta’ att kriminali, u s-sieħeb tiegħu Randolph De Battista, li sa qabel l-elezzjoni kien jaħdem fil-kwartieri tal-Labour, qed idaħħlu aktar minn €150,000 fis-sena mill-jobs li l-Premier Muscat għoġbu jagħtihom f’Dar Malta fi Brussell, li by the way għadha ma tpoġġietx for sale kif wieħed kien jistenna wara dak l-għaġeb kollu li għamlu fuqha.

Sit alternattiv għall-Università tal-Ġordaniż

Tafu fejnha din l-għalqa?


Saturday, May 16, 2015

Ipokriti Nazzjonalisti

Ħabib tiegħi qed jitkaża bin-Nazzjonalisti li ma jridux il-qerda ta’ medda kbira ta’ art f’Wied il-Għajn għal proġett li jista’ faċilment isir band’oħra . Qed jgħajjar lin-Nazzjonalisti ipokriti għax skontu fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti ukoll inqerdu meded ta’ art mhux mittiefsa.

Apparti li ebda ħażin ma jista’ qatt jiġġustifika ħażin ieħor, dan il-ħabib tiegħi ġab xi eżempji biex isostni l-argument tiegħu.

Fost oħrajn semma korsa tal-golf fix-Xagħra l-Ħamra, fabbrika tal-luminata f’raba' saqwi f’Ħal Luqa, triq prinċipali li tgħaddi mir-riżerva naturali tal-Għadira, miżbla qrib it-tempji ta’ Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, korsa tal-golf fir-Rabat, fabbrika tas-siment fis-Siġġiewi u airstrip f’Għawdex.

Għal kull wieħed minn dawn il-‘proġetti’ kien hawn protesti minn għaqdiet ambjentali u minn oħrajn, inkluża l-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja.

Interessanti li ebda wieħed minn dawn il-proġetti ma sar. F’kull wieħed minn dawn il-każijiet rebaħ l-ambjent, li hu tassew tagħna lkoll. Imnalla!

Saturday, May 9, 2015

Xmara ta' drenaġġ

Ix-xmara li qed taraw għaddeja f'dawn l-għelieqi fil-limiti tal-Imqabba mhix għajr drenaġġ li ilu jfur hawnhekk għal iktar minn sena.


Kif qed taraw f’dawn ir-ritratti meħuda dalgħodu, f'dawn l-għelieqi issa ffurmaw għadajjar kbar - għadajjar ta' drenaġġ.



Dan kollu qed jiġri ftit passi bogħod minn borehole li minnha jittella l-ilma.

L-aċċess għal dan il-borehole jinsab minn Triq Valletta li tagħti għaż-Żurrieq.


Friday, May 8, 2015

Email mingħand l-Università Amerikana DePaul

Thank you for your recent email.

DePaul University has read a number of misstatements in various media outlets about our relationship with the American University of Malta, Sadeen Education Investment Ltd.  In order to set the record straight, therefore, following are nine FACTS that we hope will set the record straight regarding that relationship.

1.       DePaul University is not establishing a branch campus and will not be issuing degrees in Malta.

2.       The Sadeen Education Investment Ltd (SEI) is seeking approval to establish the American University of Malta ("AUM"). As part of this process, SEI contracted with DePaul to provide initial curriculum materials for programs at AUM.  More specifically, DePaul provided curricula for 5 Bachelor degrees, 1 MBA, and 4 Doctoral level programs. 

3.       Such curricula were delivered by DePaul, as agreed, and submitted by SEI to the Maltese authorities on May 4, 2015, in order for SEI to receive a license to operate the American University of Malta as an institution of higher education and, subsequently, as a University.

4.       DePaul is willing to continue collaboration and cooperation with SEI and AUM, by providing consultative academic support to the project (further program development, policies and academic structures development). No agreement in this direction has been signed yet. One is under negotiation.

5.       DePaul has not committed any financial resources to the land being used, building(s) being built, infrastructure, programs, etc.

6.       There is no agreement in place to provide DePaul faculty or staff to AUM at the moment. DePaul will not be involved in hiring faculty or staff for AUM and will not be involved in AUM operations.

7.       DePaul has entertained no negotiation or discussion with the Maltese government in relation to the American University of Malta project.

8.       DePaul has no involvement nor responsibility nor authority nor knowledge related to the selection process for the site of the American University of Malta.

9.       As to the use of DePaul’s name, DePaul University only has authorized SEI/AUM to state that its “academic programs were developed in collaboration with DePaul University.”

For any question that does not pertain to the involvement of DePaul in the project, please refer inquiring parties to the spokesperson for Sadeen Education Investment, Dr. Naser Zayyat,         +356  7980 1117 n.zayyat@sadeeneducation.com with copy to legal counsel Mr. Louai Twal l.twal@sadeeneducation.com

Tuesday, May 5, 2015

Qed jerġa’ jintrema l-iskart fil-miżbla 'magħluqa' taż-Żurrieq

F’Wied Fulija fiż-Żurrieq, reġa’ qed jintrema l-iskart.

Taħt Gvern Laburista tas-snin sebgħin u tmenin dan il-wied kien jintuża bħala miżbla. Gvern Nazzjonalista kien għalaq din il-miżbla, suppost darba għal dejjem.

Dalgħodu żort Wied Fulija fuq talba ta’ bdiewa li għandhom ir-raba fl-inħawi.

Qaluli li matul dawn l-aħħar xhur, b’mod regolari, f’Wied Fulija reġgħu tfaċċaw trakkijiet mimlijin skart tal-kostruzzjoni u reġgħu bdew iħottuh hemmhekk.

Dan l-ewwel ritratt meħud mill-bogħod juri l-post fejn dan l-iskart qed jinħatt mit-trakkijiet.


Dħalt fil-miżbla u ħadt aktar ritratti, din id-darba mill-qrib.

Mill-ħaxix ħażin u mill-marki tat-tyres huwa evidenti li dan l-iskart intrema hawnhekk riċentement u li kien qed jitwitta.






Dan il-munzell partikolari laqtitli għajnejja. Mid-daqs u mill-marki li għandu fuqu dan il-blat jidher li tqatta bi trencher. Din l-għodda żgur ma kienetx tintuża f’Malta fis-snin tmenin!


F’Wied Fulija hemm mormi wkoll ammont impressjonanti ta’ ħġieġ.

Dik li f'dan ir-ritratt (taħt) tidher qisha xmara tleqq f'nofs il-wied mhix magħmulha mill-ilma iżda minn skart tal-ħġieġ.


Minn dak li qaluli l-bdiewa u minn ftit riċerka li għamilt irriżulta li dan il-ħġieġ ilu mormi hemmhekk għal madwar sitt snin.

Dak iż-żmien il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Leo Brincat kienu ħaduha qatta bla ħabel kontra t-tqegħid ta’ dan l-iskart f’Wied Fulija. Il-Wasteserv kienet wieġbet li dan il-ħġieġ kien qed jitpoġġa hemmhekk b’mod temporanju qabel jiġi esportat.

Dalgħodu dan il-ħġieġ kien għadu hemm.

Monday, May 4, 2015

Jużaw lil Franco Debono biex iħassru festa ta’ għaqda nazzjonali

Għax-xandira diretta tal-ftuħ tal-bini tal-Parlament il-ġdid, TVM bħalissa għandu mistieden wieħed biss jikkummenta fl-istudio: l-avukat Franco Debono.

M’għandix dubju li din l-għażla saret biss biex tinki lill-partitarji Nazzjonalisti.


Kieku għad għandu ftit rispett, imqar lejh innifsu, Dr Debono ma kien jaċċetta qatt li jintuża b’dan il-mod.

Sunday, May 3, 2015

Tal-linja għadhom jaqbdu

M'għandniex xi ngħidu, dawn tort ta' Austin Gatt ħadu n-nar dal-lejl.



Friday, May 1, 2015

Il-prezz tal-gass

Il-Ministru Konrad Mizzi (ir-raġel ta' Sai) ħabbar li ċilindru gass se jibda jinbiegħ €16.50.

Dan il-prezz huwa 50ċ iktar minn kemm kien iqum l-istess ċilindru meta l-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni niżżel in-nies jipprotestaw fit-toroq minħabba dawk li sejjaħ ‘prezzijiet esaġerati’ tad-diesel, il-petrol u l-gass.

Anke l-petrol u d-diesel dakinhar kienu orħos milli huma llum. Illum il-petrol iqum 4ċ iktar kull litru u d-diesel 7ċ iktar.

Monday, April 27, 2015

L-istaġun tal-kaċċa ma kellux jingħalaq

Il-Prim Ministru għalaq l-istaġun tal-kaċċa b’effett immedjat. L-oppożizzjoni qablet. Jien ma naqbilx.

Qabel kollox niddikjara li lili l-kaċċa ma togħġobni xejn u qatt ma qbilt li pajjiżna japplika xi deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa, la issa u lanqas fil-passat. Niddikjara wkoll li qbilt mija fil-mija mal-pożizzjoni li ħadu ż-żewġ partiti l-kbar u l-mexxeja tagħhom fir-referendum tal-11 ta’ April. Għal bosta raġunijiet li mhux se noqgħod nispjega hawn kien ikun assurd kieku xi wieħed mill-partiti ħa pożizzjoni differenti.

Ir-referendum sar, il-poplu vvota u ta rebħa lill-kaċċaturi. Kif, b’kemm u għaliex issa huwa irrilevanti. Il-fatt huwa li l-maġġoranza ta’ dawk li vvotaw riedu li l-kaċċa fir-rebbiegħa tkompli ssir.

F’demokrazija hija l-maġġoranza li tieħu r-raġun. Il-ħafna diskors fuq il-minoranza kbira li vvotat kontra huwa biss diskors. L-istaġun fetaħ u hekk kellu jkun.

Ġara li mat-tħabbira tar-riżultat il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara li lest imur kontra din d-deċiżjoni demokratika tal-poplu jekk ikun hemm illegalitajiet flagranti matul l-istaġun.

B'konsegwenza ta’ din id-dikjarazzjoni kull illegalità li ġrat matul dan l-istaġun kienet minfuħa mit-telliefa tar-referendum biex dak li ma rebħux bid-demokrazija jieħduh billi jirkbu fuq il-paroli vojt tal-Prim Ministru. Bdiet kampanja medjatika qalila biex il-Prim Ministru jżomm kelmtu u jagħlaq l-istaġun.

Wara l-każ gravi tal-lum il-Prim Ministru ma kellux għażla ħlief li jċedi għal din il-pressjoni u jagħmel dak li l-poplu vvota biex ma jsirx. B’sempliċi tweet l-istaġun tal-kaċċa ingħalaq.

Dan huwa preċedenti perikoluż għad-demokrazija f’pajjiżna. It-tweets tal-Prim Ministru m’għandux ikollhom dan il-poter assolut.

Forsi mhux kumbinazzjoni li dan it-tweet inkiteb fl-Azerbajġan, imma dik storja oħra!

Jekk il-Gvern u l-Oppożizzjoni qed jaqblu li ma ssirx kaċċa legali għax matul l-istaġun ikun hemm l-illegalitajiet imisshom ilhom li waqqfu l-kaċċa fir-rebbiegħa u f’kull staġun ieħor.

Lanqas ħaqq il-flus, il-ħin, l-enerġija u r-riżorsi li ħlejna f’referendum.

Fil-11 ta’ April il-poplu ma vvotax dwar il-kaċċa illegali u dwar l-abbużi. Il-poplu vvota biex il-kaċċa legali fir-rebbiegħa tkompli ssir. Ebda Prim Ministru, anke jekk l-oppożizzjoni taqbel miegħu, m’għandu dritt imur kontra deċiżjoni demokratika tal-poplu.