Il-Prim Ministru għalaq l-istaġun tal-kaċċa b’effett
immedjat. L-oppożizzjoni qablet. Jien ma naqbilx.
Qabel kollox niddikjara li lili l-kaċċa ma togħġobni xejn
u qatt ma qbilt li pajjiżna japplika xi deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa, la
issa u lanqas fil-passat. Niddikjara wkoll li qbilt mija fil-mija mal-pożizzjoni
li ħadu ż-żewġ partiti l-kbar u l-mexxeja tagħhom fir-referendum tal-11 ta’
April. Għal bosta raġunijiet li mhux se noqgħod nispjega hawn kien ikun assurd
kieku xi wieħed mill-partiti ħa pożizzjoni differenti.
Ir-referendum sar, il-poplu vvota u ta rebħa lill-kaċċaturi.
Kif, b’kemm u għaliex issa huwa irrilevanti. Il-fatt huwa li l-maġġoranza ta’
dawk li vvotaw riedu li l-kaċċa fir-rebbiegħa tkompli ssir.
F’demokrazija hija l-maġġoranza li tieħu r-raġun.
Il-ħafna diskors fuq il-minoranza kbira li vvotat kontra huwa biss diskors.
L-istaġun fetaħ u hekk kellu jkun.
Ġara li mat-tħabbira tar-riżultat il-Prim Ministru Joseph
Muscat iddikjara li lest imur kontra din d-deċiżjoni demokratika tal-poplu jekk
ikun hemm illegalitajiet flagranti matul l-istaġun.
B'konsegwenza ta’ din id-dikjarazzjoni kull illegalità li
ġrat matul dan l-istaġun kienet minfuħa mit-telliefa tar-referendum biex dak li
ma rebħux bid-demokrazija jieħduh billi jirkbu fuq il-paroli vojt tal-Prim
Ministru. Bdiet kampanja medjatika qalila biex il-Prim Ministru jżomm kelmtu u
jagħlaq l-istaġun.
Wara l-każ gravi tal-lum il-Prim Ministru ma kellux għażla
ħlief li jċedi għal din il-pressjoni u jagħmel dak li l-poplu vvota biex ma
jsirx. B’sempliċi tweet l-istaġun
tal-kaċċa ingħalaq.
Dan huwa preċedenti perikoluż għad-demokrazija
f’pajjiżna. It-tweets tal-Prim Ministru m’għandux ikollhom dan il-poter
assolut.
Forsi mhux kumbinazzjoni li dan it-tweet inkiteb fl-Azerbajġan, imma dik storja oħra!
Forsi mhux kumbinazzjoni li dan it-tweet inkiteb fl-Azerbajġan, imma dik storja oħra!
Jekk il-Gvern u l-Oppożizzjoni qed jaqblu li ma ssirx
kaċċa legali għax matul l-istaġun ikun hemm l-illegalitajiet imisshom ilhom li
waqqfu l-kaċċa fir-rebbiegħa u f’kull staġun ieħor.
Lanqas ħaqq il-flus, il-ħin, l-enerġija u r-riżorsi li ħlejna f’referendum.
Lanqas ħaqq il-flus, il-ħin, l-enerġija u r-riżorsi li ħlejna f’referendum.
U dan ghalaqha ghall ahhar 3 tijiem (weekdays) mhux biex minn ghalih juri kemm hu tal-kelma! Ried jaghmel show ohra.
ReplyDeleteJekk dan li spara hdejn l-iskola jinqabad l-istagun jerga jinfetah?
ReplyDeletedin l-opinjoni tieghek jew l-opinjoni ufficcjali tal-partit?
ReplyDeleteIt-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek tinsab fl-ewwel sentenza tal-artiklu.
DeleteDin hija ingustizzja kbira ghax il-kastig hadu min obda u mexa mal-ligi.
ReplyDeleteDittatur...xejn iktar xejn inqas
ReplyDeleteperfect article
ReplyDeleteIl-kamp tal-IVA f'dan ir-referendum telaq b'vantagg sod ta' 9,700 vot. Dan huwa n-numru ta' kaccaturi bil-licenzja li setghu jikkaccjaw matul ir-Rebbiegha u zgur li ma kellhom bzonn lil hadd jikkonvincihom kif ghandhom jivvotaw.
ReplyDeleteKieku tal-IVA rebhu b'iktar minn 9,700 vot forsi (forsi!) kont nasal biex nifhem dan l-argument tieghek Norman imma rebha zghira ta' 2,220 vot tfisser biss li l-kamp tal-LE irnexxielu jikkonvinci nies iktar mil-kamp tal-IVA.
L-elettorat li mhux kaccatur iggudika b'mod negattiv il-kacca matul ir-Rebbiegha. Ma naccettax allura li tghid allura li dan huwa biss diskors irrilevant ta' minoranza kbira.
Demokrazija bahhh..prosit Norman
ReplyDeleteWara li ra kif ghamel biex il-kaccaturi rebhu r-referendum Muscat ried jaghmel xi haga biex jidher sabih mal-ohrajn ukoll ma jmurx jitlef xi vot. It-tmexxija tal-pajjiz saret farsa.
ReplyDeleteGonzi qalielu tajba - igib ruhu ta IMPERATUR
ReplyDeletehttps://carmelcacopardo.wordpress.com/2015/04/27/joseph-muscat-irid-idahhaq/
ReplyDeletekien hemm min ivota kontra jew astjena kontra id dhul tad divorzju minkejja ir rieda qawwija tal poplu
ReplyDeleteFl ahhar qed naqra artiklu bis sens. Jekk il priministru jemmen fid demokrazijja messu accetta ir rizultat u kompla bl enforcement li kien qed jaghmel. Pero bdin il mossa jider Bic car li l idea kinet li jikkuntenta ftit lit tnejn. Jirrabjani l fatt li dan i r referendum vojt sar min fuq it taxxi li nhallas jien u ma hadna xejn ta gid minnu hlief glied u offizi lejn persuni u familji li ghandom delizzju Ghal qalbom. Ma nafx ghaliex naghmlu ghageb u nqazzu l.media bil kacca meta ghaw problemi ferm serji dwar xix nahsbu. Apparti l fatt li r realta tal kacca f Malta mijiex katastrofika bhall ma pengitilna u trid tbellalna l media lokali li flok teduka tiprova tinganna. L pressure u kummenti vojta tal barranin mandniex alxix naqghu alihom ghax f pajjizi ohrajn il kacca mhix limitata u kkontrollata bhal ta malta. Is sostenibilita Ghanda tkun f kollox, min jikser il ligi ghandu jigi kkastigat individwament mhux bhal ma qieghed isir. Personalment qazzitni l media kolla li flok turi stampa cara tas sitwazzjoni tipprova tbella bil labra l agenda tahha.
ReplyDeleteProsit Norman!! Naqbel 100 fil-100!!!
ReplyDelete