Fir-riċerka tiegħi sibt li apparti li m’attendietx
għall-maġġoranza assoluta tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mosta, Tua lanqas
meta marret ma marret.
F’din il-leġislatura ta’ 3 snin, Tua attendiet għal 21
laqgħa tal-Kunsill minn 45.
Fi 12 minn dawn il-laqgħat li attendiet għalihom telqet kmieni. U meta ngħid ‘telqet kmieni’ mhux qed ngħid bi ftit minuti, imma sigħat sħaħ.
Fi 12 minn dawn il-laqgħat li attendiet għalihom telqet kmieni. U meta ngħid ‘telqet kmieni’ mhux qed ngħid bi ftit minuti, imma sigħat sħaħ.
Dan ifisser li fi 3 snin Rachel Tua attendiet biss għal 9
laqgħat tal-Kunsill Mosti mill-bidu sal-aħħar.
Id-dettalji kollha tat-12-il laqgħa li Dr Tua attendiet u telqet
kmieni minnhom jinsabu hawn taħt, b'LINK għall-minuti tal-Kunsill Lokali li jipprovaw dak li qed ngħid:
10 ta’ Mejju 2012 - Telqet 35 minuta qabel LINK
24 ta’ Mejju 2012 - Telqet siegħa u 10 minuti qabel LINK
5 ta’ Lulju 2012 - Telqet 25 minuta qabel LINK
2 ta’ Awwissu 2012 - Waslet 45 minuta tard u telqet
siegħa u tliet kwarti qabel LINK
27 ta’ Settembru 2012 - Telqet siegħa qabel LINK
15 ta’ Novembru 2012 - Telqet siegħa u kwart qabel LINK
20 ta’ Frar 2013 - Telqet malli bdiet il-laqgħa li damet
siegħa u 45 minuta LINK
25 ta’ April 2013 - Telqet sagħtejn u nofs qabel LINK
27 ta’ Ġunju 2013 - Telqet sagħtejn u ħames minuti qabel
LINK
31 ta’ Lulju 2014 - Telqet siegħa u kwart qabel LINK
27 ta’ Ottubru 2014 - Telqet sagħtejn u 5 minuti qabel LINK
19 ta’ Frar 2015 - Telqet siegħa u 50 minuta qabel LINK
Nota: Peress illi Dr Rachel Tua qed tuża t-tqala bħala
skuża għan-nuqqasijiet politiċi tagħha se jkolli ngħid li l-maġġoranza assoluta
ta’ dawn id-dati jaħbtu qabel ma bdiet it-tqala ta’ Tua. Fil-perjodu li matulu
kienet tqila, bejn Ottubru 2013 u Mejju 2014 hija m’attendiet
għall-ebda laqgħa tal-Kunsill Lokali.
No comments:
Post a Comment