Fil-programm Newsfeed
tal-lum semmejt stħarriġ li kien sar f’April ta’ 9 snin
ilu li kien wera li żewġ terzi tal-Maltin (66%) mhumiex kuntenti bil-kaċċa
fir-rebbiegħa.
Inqis dan l-isħarriġ bħala importanti fl-analiżi li qed
issir tar-riżultat li kellna fir-Referendum ta’ nhar is-Sibt.
Dan l-istħarriġ juri biċ-ċar li tal-LE (jew SHout) kellhom art ferm iktar fertili x’jaħdmu milli kellhom il-kaċċaturi.
Għalhekk inqis li jkun żbaljat min iqis il-vot li kiseb il-LE (49.4%) bħala xi kisba. Meta nara li 9 snin ilu l-poplu kien diġa' predispost kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa, ma nistax ma nqisx t-telfa tal-LE bħala disfatta kbira.

Inħoss li minflok joqgħodu jwaħħlu f'dak jew fl-ieħor, dawk tal-koalizzjoni SHout għandhom jieħdu banju ta' umiltà u jibdew jerfgħu r-responsabbiltà ta' kif irnexxielhom jitilfu Referendum li kien diġà' mirbuħ.
Ir-rapport sħiħ ta’ The Sunday Times dwar l-istħarriġ ta' April 2006 tista’ taqrah billi tikklikkja hawnhekk.
No comments:
Post a Comment