Ir-raġunijiet li fl-2013 żammew lill-Kunsilliera Laburista Rachel Tua milli
tattendi għall-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mosta ma żammewiex milli tmur Las
Vegas.
Fis-6 ta’ Ottubru 2013 The Malta Independent irraporta li
Dr Tua kienet parti minn delegazzjoni tal-Awtorità tal-Logħob u Lotteriji li
attendiet għall-Global Gaming Expo f’Las Vegas li saret bejn id-24 u s-26 ta’
Settembru 2013.
Bejn il-festa ta’ Santa Marija u l-aħħar tas-sena 2013,
Rachel Tua m’attendiet QATT għal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
F’ritratt li qed nippubblika hawn taħt Rachel Tua tidher
qed tgawdi l-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta, fil-15 ta’ Awwissu 2013.
Fit-tieni ritratt Tua tidher qed tattendi fundraising event organizzat mill-mara tal-Prim Ministru. Dan l-event sar f’Diċembru 2013.
Fit-tieni ritratt Tua tidher qed tattendi fundraising event organizzat mill-mara tal-Prim Ministru. Dan l-event sar f’Diċembru 2013.
No comments:
Post a Comment