Dalgħodu, bħal sena u nofs ilu f’Lampedusa, il-kameras
tad-dinja reġgħu kienu ppuntati lejn funeral tal-massa f’pajjiż Mediterranju, funeral
ta’ nies li isimhom lanqas hu magħruf illum, aħseb u ara kemm se jibqa’
mfakkar.
Meta ġraw traġedji simili fil-passat kont inħoss dieqa. Din
id-darba qed inħoss rabja. U ma jistax ikun mod ieħor.
Kull min iżomm ruħu aġġornat b’dak li jkun qed jiġri madwaru
kien jaf li dawn l-imwiet se jiġru. Il-mexxeja politiċi li bħalissa qed jiltaqgħu fi Brussell
kienu jafu x’se tkun il-konsegwenza tal-indifferenza tagħhom.
Meta twaqqfet
l-operazzjoni Taljana Mare Nostrum kien ovvju li l-Mediterran se jimtela’
bil-kadavri. Kienet biss kwistjoni ta’ meta u mhux jekk.
This era will go down in history as the most shameful after the Holocaust.
ReplyDelete