Snin ilu Ivan kien iservi fil-Kunsill Mosti f’isem
il-Partit Laburista.
Fl-2003 Ivan kien tkeċċa mill-Partit Laburista. U kien tkeċċa mhux għax għamel xi ħaġa ħażina.
Ivan Bartolo tkeċċa għax
kien iddikjara pubblikament li hu favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Ivan u l-familja tiegħu dak iż-żmien għaddew minn martirju. Saħansitra kienu jkunu mhedda minn dawk li sa ftit qabel kienu jqisu bi ħbieb tagħhom.
Iżda Ivan xorta waħda baqa’ jservi lill-Mostin fil-Kunsill Lokali bħala ‘indipendenti’ sal-aħħar tat-terminu.
Iżda Ivan xorta waħda baqa’ jservi lill-Mostin fil-Kunsill Lokali bħala ‘indipendenti’ sal-aħħar tat-terminu.
Fl-ittra ta' tkeċċija, Jason Micallef li llum imexxi l-Valletta 2018 u l-istazzjonijiet tal-Partit Laburista, akkuża lil Ivan Bartolo bi tradiment (ara l-ittra taħt).
Ir-referendum tal-Unjoni Ewropea ġie u għada. Iż-żmien
wera li Ivan, jien u ħafna oħrajn bħalna kellna raġun.
Ivan qatt ma ngħata premjijiet jew karigi mill-Gvernijiet Nazzjonalisti li ġew wara dak ir-Referendum. Ivan qatt ma ried u qatt ma pretenda xejn. Għamel dak li għamel għax ried li jsir dak li emmen li kien fl-aħjar interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha kemm huma, hu x'inhu t-twemmin politiku tagħhom.
Ivan qatt ma ngħata premjijiet jew karigi mill-Gvernijiet Nazzjonalisti li ġew wara dak ir-Referendum. Ivan qatt ma ried u qatt ma pretenda xejn. Għamel dak li għamel għax ried li jsir dak li emmen li kien fl-aħjar interess tal-Maltin u l-Għawdxin kollha kemm huma, hu x'inhu t-twemmin politiku tagħhom.
Kellhom jgħaddu tnax-il sena biex Ivan jerġa’ jikkontesta
elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Fil-11 ta' April li għadda isem Ivan reġa' tfaċċa fuq il-karta tal-vot tal-Mostin, din id-darba biswit l-arma tal-Partit Nazzjonalista.
Ivan resaq lejn il-PN f'dak li forsi kien l-aktar żmien diffiċli tiegħu, żmien li fih tista’ biss tagħti u mhux
tieħu.
Nhar is-Sibt Ivan kien magħżul mill-Mostin biex ikun il-Viċi Sindku tagħhom.
Jien fraħt
u ċċelebrajt.
Għax din ir-rebħa ċkejkna ta’ Ivan hija rebħa kbira għal
dak li huwa sabiħ u pożittiv fil-politika. Ir-rebħa ta’ Ivan hija r-rebħa
tas-sewwa li jkollu jbati, jkollu jistenna, iżda fl-aħħar jirbaħ.
Jiena fil waqt li nifrah lil ivan al inpenn tieghow lejn l mostin ma nistax naqbel mal kuncett li tmur kontra l istatut ta kull partit, li fdan il kas ma tmurx kontra regoli tal club li qied membru fih u mhemmx fiex titkaza ax meta jeffrey jew franco jew mugluett urew opinjonijiet diversi mill linji tal 'club' tahhom in nies daru kontrijom u anke il partit. Allura ghalfejn qedin tippruvaw tamlu issue bil kas ta ivan li jiena ghandi stiema lejh? Li huwa car huwa ma tistax tkun membru ta club u titkellem kontra l principji ud direttivi li jogrog u tippretendi li qiesu ma gara xejn.
ReplyDeletethe true colours of labour
ReplyDeleteTinsix meta tkecca Ivan min kellna prim l lum qijad Brussels jw insejt tony
ReplyDeleteAllura issa lill-Karmenu Vella se jghajruh tradtur? Ghax dak issa iddikjara li kien ivvota favur li Malta issir membru ta' l-Unjoni ewropea.
ReplyDeleteProset Ivan. Lil min kitiblek dik l-ittra il-Mostin ma tellawhx fil-parlament. Lilek ivvutawlek bi hgarhom u illum kollha kburin bik. Keep it up.
ReplyDeletetal-Labour b'xi ex ministru li xebghu jghajjruh korrott saru jiehdu pjacir
ReplyDeleteProset Ivan,
ReplyDeleteIl vera ghandna bzonn nies bhalek fil kunsilli taghna, dejjem gab ghall qalbu l Mosta u lir residenti.
Bniedem ezemplari.
Grazzi lill dawk tac cans li tghajtuh biex ikompli bil hidma tieghu.
@ Toni Bajada - Fir-referendum konsultattiv li sar dwar l-Ewropa kienu bosta dawk il- Laburisti li dehrilhom li kellhom ikunu favur. Ivan, kien wiehed minnhom. Ivan, izda ( ghax huta zghira, u ghax good Guy ) tkecca. U Ivan dak in-nhar kien ragel u ma ghamel xejn minn wara hadd. Qal pubblikament u minn qabel. Haddiehor, li llum ftahar li ghamel ta' rasu ( izda ma tistax tqisu bhala huta zghira, good Guy ukoll), izda dak in-nhar ta' l-impressjoni li qed jobdi d-direttiva tal-partit, mhux talli ma gralu xejn, izda wara li ddikjara li dak in-nhar ghamel li ghamel ( ghax illum hekk jaqbillu jghid ) ma ircieva l-ebda ittra, anzi inghata promozzjoni qawwija u qawwija ferm !
ReplyDeleteVera jghamlilhom minn kollox ibex jaqdik proset
ReplyDelete