Wara li dalgħodu ktibt f'dan il-blog dwar dak li ġara fl-Imqabba x'ħin
mort nivvota - IKKLIKKJA HAWN BIEX TAQRA - ktibt lill-Kummissarju
tal-Pulizija u lill-Kummissjoni Elettorali u tlabt ir-reazzjoni tagħhom għal
dak li kien ġara.
L-uffiċju tal-komunikazzjoni tal-Korp tal-Pulizija (CMRU) bgħatli din it-tweġiba:
L-uffiċju tal-komunikazzjoni tal-Korp tal-Pulizija (CMRU) bgħatli din it-tweġiba:
"Sur Vella, għandi ninfurmak li hekk kif il-Pulizija saret taf
b'dan l-inċident, ħadet immedjatament il-passi neċessarji, billi saret
investigazzjoni fuq l-Uffiċjal tal-Pulizija involuta u li sussegwentament din
tneħħiet minn fuq il-post tal-votazzjoni.”
Biex niċċara iktar l-affarijiet, staqsejt jekk dan l-'inċident' kienx riżultat ta' ordni li l-Uffiċjal tal-Pulizija li saret referenza għaliha ingħatat minn xi uffiċjal ieħor tal-Pulizija jew tal-Kummissjoni Elettorali.
It-tweġiba ingħatatli ftit tal-minuti wara u kienet tgħid li ħadd ma ta ordnijiet biex ikunu konfiskati l-mobiles ta' min ikun dieħel f'post tal-votazzjoni.
It-tweġiba ingħatatli ftit tal-minuti wara u kienet tgħid li ħadd ma ta ordnijiet biex ikunu konfiskati l-mobiles ta' min ikun dieħel f'post tal-votazzjoni.
Dan ifisser li s-senzazzjoni tiegħi li l-konfiska tal-mobile biex votant jitħalla jidħol f'post tal-votazzjoni ma kienetx leġittima kienet waħda korretta.
Mill-feedback ta' bosta qarrejja ta' dan il-blog li vvotaw f'lokalitajiet oħra madwar Malta u Għawdex nista' nikkonferma li dan tal-Imqabba kien 'inċident' iżolat. Nista' nikkonferma wkoll li ftit tal-ħin wara li ktibt il-blog tiegħi, il-Kummissarju ħa passi biex din il-prattika tieqaf minnufih. Fil-fatt, anke fl-Imqabba, matul il-kumplament tal-ġurnata ma ġewx ikkonfiskati iktar mobiles ta' votanti.
Għaldaqstant inqis l-ispjegazzjoni li ngħatajt f'isem il-Kummissarju tal-Pulizija bħala waħda sodisfaċenti u nqis dan l-inċident magħluq.
Prime Minister Joseph Muscat has zero credibility as long as the perverse practice of bird slaughter goes on in Malta.
ReplyDeleteU mur hudu f sorkmok tal perverse practise
ReplyDeleteYou are the perfect example of what kind of people we're dealing with. A bunch of retards with a retarded " hobby "
DeleteKemm ahna edukati !!!
Delete