Qaltilna li hija
vittma ta’ attakk bla skrupli tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Dan għax
il-ġurnalisti Nazzjonalisti rrapportaw li Tua rari attendiet għal-laqgħat
tal-Kunsill Mosti. Skont Tua l-media
tal-PN naqset milli tgħid li hija m’attendietx ħafna mil-laqgħat fl-2014 għax
kienet tqila b’tarbija li welldet ftit tax-xhur ilu.
Ta’ defsa li jien
fettilli niċċekkja l-minuti tal-Kunsill Lokali tal-Mosta tas-sena ta’ qabel,
jiġifieri tal-2013.
Oħroġ il-għaġeb sibt li anke’ matul dik is-sena Tua ma tantx kienet tkun preżenti għal-laqgħat tal-Kunsill Mosti. Filfatt minn 15-il laqgħa tal-Kunsill li saru l-2013 Tua m’attendietx 10 darbiet.
Fl-2013 Tua attendiet biss 2 laqgħat sħaħ tal-Kunsill u fi 3 laqgħat oħra telqet mil-laqgħa sagħtejn qabel sħabha l-Kunsilliera.
Oħroġ il-għaġeb sibt li anke’ matul dik is-sena Tua ma tantx kienet tkun preżenti għal-laqgħat tal-Kunsill Mosti. Filfatt minn 15-il laqgħa tal-Kunsill li saru l-2013 Tua m’attendietx 10 darbiet.
Fl-2013 Tua attendiet biss 2 laqgħat sħaħ tal-Kunsill u fi 3 laqgħat oħra telqet mil-laqgħa sagħtejn qabel sħabha l-Kunsilliera.
Imbagħad fl-2014 Tua attendiet
laqgħa waħda biss mill-bidu sat-tmiem. Matul dik is-sena hija attendiet għal żewġ laqgħat oħra iżda
fiż-żewġ okkażjonijiet telqet mill-Kunsill siegħa qabel intemmet is-seduta.
Għat-8 laqgħat l-oħra li saru fl-2014 hija m’attendietx.
Għat-8 laqgħat l-oħra li saru fl-2014 hija m’attendietx.
Din is-sena, mit-tliet
darbiet li ltaqa’ l-Kunsill Mosti, Tua attendiet darba biss u ma ssaportietx
toqgħod sal-aħħar u telqet siegħa u ħamsin minuta kmieni.
Peress illi jien
nemmen lil Tua li ma kienet tattendi kważi qatt għal-laqgħat tal-Kunsill Lokali
minħabba t-tqala, nemmen ukoll li Tua għamlet iktar minn sentejn tqila.
Għall-minuti
tal-Kunsill Lokali tal-Mosta ikklikkja HAWN.
L-attendenzi ta’ Rachel Tua
fil-Kunsill tal-Mosta għas-snin 2013, 2014 u 2015 huma dawn:
2013
17 ta’ Jannar -
Assenti
24 ta’ Jannar -
Assenti
20 ta’ Frar -
Attendiet għal 29 minuta u telqet malli bdiet il-laqgha, siegħa u 45 minuta
qabel il-kunsilliera l-oħrajn
27 ta’ Marzu -
Attendiet
25 ta’ April -
Attendiet għal 33 minuta u telqet sagħtejn u nofs qabel spiċċat il-laqgħa
29 ta’ April - Assenti
30 ta’ Mejju - Skużata
27 ta’ Ġunju - Telqet
sagħtejn u ħames minuti qabel spiċċat il-laqgħa
25 ta’ Lulju - Assenti
1 ta’ Awwissu -
Attendiet
29 ta’ Awwissu -
Assenti
26 ta’ Settembru -
Skużata
31 ta’ Ottubru -
Assenti
21 ta’ Novembru -
Assenti
19 ta’ Diċembru -
Assenti
2014
31 ta’ Jannar - Assenti
20 ta’ Frar - Skużata
għax ma tiflaħx
12 ta’ Marzu -
Attendiet
30 ta’ April - Skużata
29 ta’ Mejju - Skużata
19 ta’ Ġunju - Skużata
31 ta’ Lulju - Telqet
siegħa u kwart qabel spiċċat il-laqgħa
2 ta’ Settembru -
Assenti
27 ta’ Ottubru -
Telqet sagħtejn u 5 minuti qabel spiċċat il-laqgħa
18 ta’ Diċembru -
Skużata għax ma tiflaħx
27 ta’ Diċembru -
Skużata għax ma tiflaħx
2015
29 ta’ Jannar -
Skużata
19 ta’ Frar - Telqet
siegħa u 50 minuta qabel spiċċat il-laqgħa
18 ta’ Marzu - Skużata
Dr Tua ma tantx qed taghti palata lin-nisa billi tghid illi l-kummenti li ntqalu dwarha joffendu d-dinjita taghha bhala mara. Kulma juru huwa illi qed tipprova tiehu vantagg mill-fatt illi saret omm u tigbed is-simpatija, xejn iktar. Fl-istess nifs, qed tpingi lin-nisa bhala vittmi tac-cirkostanzi. It-tqala taghha u issa l-maternita ma zammhiex milli tkompli l-prattika taghha ta' avukat u tahdem regolarment fil-qrati, kif kellha d-dritt u d-dover li taghmel u allura l-iskuza taghha hija totalment fil-vojt.
ReplyDeleteProsit Norman! Sewwa jghidu, tikber u titghallem! Jien ma nafx b'xi mammal li tiehu sentejn tqala! Imma jekk hawn xi hadd li jaf, jghidli ha nkun tghallimt xi haga ohra fi xjuhiti!
ReplyDeleteHuwa l-iljunfant li ghandu sentejn tqala! Anzi, biex inkun ezatt, tqala ta' ljunfant iddum 22 xahar.... jigifieri ta' Tua itwal minn ta' ljunfant!!
DeleteI have long formed part of the committee for a national sports association. Our statute determines that, should any committee member fail to attend at least 75% of our regular meetings over the course of a year, or else misses 3 consecutive meetings REGARDLESS of whether justified notice of absence has been given, then that member may made to step down.
ReplyDeleteNot exactly the same as a local council, however I would have expected AT LEAST the same kind of regulatory measures for such, if not even more stringent.
L-iktar haga li dejqitni fl-istorja hija li qeghda tuza l-iktar haga ghaziza li ghandha biex iggib skuza ghan-nuqqasijiet taghha fil-politika.
ReplyDeleteArtiklu nteressanti u wiehed li jqajjem certu mistoqsijiet.... imma hafna risposti nafuhom..... din tad-dahk.... jew tal-biki nsomma!
ReplyDeleteZee
Din l-istorja tfakkarni f'cajta zghira li kont smajt hafna snin ilu:
ReplyDeleteWiehed suldat kien mar ikellem il-fizzjal u talbu jumejn leave ghax il-mara tieghu se jkollha tarbija.
Jumejn wara, rega lura ghax-xoghol normali u kif il-fizzjal lemhu, baqa sejjer fuqu u staqsieh ghat-tarbija.
Fizzjal: "Kollox sewwa Callus?"
Callus: "Iva Sir. Kollox sewwa"
Fizzjal: "Prosit Callus. Nawguralkom...Allura x'kellkom? Tifel jew tifla?
Callus: "Ma' nafx Sir. Issa disa xhur ohra nkunu nafu!"
Ma' nafx jekk intom taghmlux tixbiha ma l-kaz ta' Rachel Tua li m'attendietx ghal-laqghat tal-kunsill. Forsi kienet qeghda taghmel bhal Callus?