Fil-verità dan l-‘investiment’ li semma’ l-Prim Ministru
huwa biss ‘pjan’, kif jixhed it-titlu tal-aħbar irrapportata fil-website
tax-xandir nazzjonali.
Dan ir-rapport miktub minn Norma Saliba jgħid ċar u tond li
“il-Gvern ħabbar li fil-jiem li ġejjin se joħroġ sejħa għall-espressjoni
tal-interess biex is-settur privat jiżviluppa żewġ ċentri mediċi: wieħed
fil-bini tal-isptar San Luqa u ieħor f’Għawdex.”
Dan ma jfissirx biss li dawn il-flus għadhom ma resqux
lejn xtutna, iżda jfisser ukoll li l-Gvern għad irid joħroġ sejħa biex ikun jaf
jekk hawnx min hu interessat jidħol għal din il-biċċa xogħol.
Ovvjament jekk dan il-pjan tal-Gvern jirnexxi u dawn l-investituri
privati jinstabu u s-servizzi tas-saħħa jitjiebu filwaqt li jibqgħu bla ħlas
kif inhuma llum, tkun ħaġa pożittiva ħafna.
Iżda l-aħbar qatt ma kienet li dawn il-mitejn miljun diġa’ waslu għand il-Premier tagħna u li x-xogħol jista’ jibda l-ġimgħa d-dieħla.
Iżda l-aħbar qatt ma kienet li dawn il-mitejn miljun diġa’ waslu għand il-Premier tagħna u li x-xogħol jista’ jibda l-ġimgħa d-dieħla.
Biex niftiehmu, il-proġett tal-pont bejn Malta u
Għawdex, li m’għandix dubju li mhu se jsir qatt, jinsab fi stadju ferm iktar
avvanzat minn dan il-pjan!
No comments:
Post a Comment