Sunday, March 15, 2015

Il-vuċi taż-żgħażagħ mhux vera tgħodd

Fuq l-istazzjon nazzjonali qed jixxandar reklam produzzjoni tal-Gvern li fih jieħdu sehem ħafna żgħażagħ sbieħ u mimlijin enerġija, li bejn żifna u oħra jgħidulna, “Aħna lesti biex għall-ewwel darba nsemmgħu leħinna. Aħna se nivvutaw għall-ewwel darba.”

Dan ir-reklam (arah hawn taħt jekk għadek ma nzertajtux) iħalli xi ħaġa importanti ħafna barra: Li l-Gvern ta’ Joseph Muscat ma riedx li dawn iż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Minkejja li lkoll qed jgħidu li jħossuhom lesti jivvutaw għall-ewwel darba, lil dawn iż-żgħażagħ mhux se jitqassmilhom vot biex ikun jistgħu jsemmgħu leħinhom fir-referendum tal-11 ta’ April.

Għal Joseph Muscat il-vuċi ta’ dawn iż-żgħażagħ tgħodd biss meta jaqbel lilu.




3 comments:

  1. Li kien ghal Muscat lanqas ftal-kunsilli lokali ma kienu jivvutaw iz-zaghzagh ghax ried ihassar kollox

    ReplyDelete
  2. Kieku baqa l PN fil gvern anqas fil kunsilli ma kienu jivvutaw Norman.

    ReplyDelete
  3. La ma setghux jiehdu sehem fil-petizzjoni (billi kienet ghal min kellu 18-il sena l-fuq) allura kif jistghu jiehdu fir-referendum. Ma tirrealizzax illi kieku thallew jivvutaw kien ikun hemm arma biex min jitlef ir-referendum juzaha biex jikkontesta ir-rizultat fil-qorti!!!!
    Qed jivvutaw fil-kunsilli lokali ghax il-prim ministru hekk weghedhom u hekk ghamel, Tifhima haga semplici bhal din Norman!!!!

    ReplyDelete