Dawk għorrief aktar minni li naf li mhux se jaqblu ma’
dak li ili żmien twil ngħid u li se nibda ninsiti li jibda jgħid il-partit li nagħmel
parti minnu, nistedinhom biex imqar għal xahar wieħed jipprovaw jgħixu b’inqas
minn €720.
€720.46 hija l-paga minima ta’ xahar f’Malta tal-lum. Dan
huwa l-inqas ammont li ħaddiem jista’ jitħallas għal 40 siegħa xogħol
fil-ġimgħa - €166.26 fil-ġimgħa; €4.16 għal kull siegħa.
Għandha tkun prijorità assoluta tal-Gvern, l-Oppożizzjoni
u l-isħab soċjali kollha li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex dan l-ammont jiżdied
sewwa u jibda jiżdied gradwalment malajr kemm jista’ jkun.
Studji li juru għaliex dan għandu jsir u kif jista’
jsir saru biżżejjed. Il-ħaddiema li jaqilgħu l-inqas ma jistgħux jitħallew
jistennew iktar.
Very well said.
ReplyDeleteNixtieq infakkar lill Norman li il gvern tieghu kellu 25 sena cans fil gvern biex jgholli il minimum wage gradwalment biex ma jkunx hemm skoss kbir hafna fuq min ihaddem.
ReplyDeleteDan seta sar anke meta Malta applikat ghal membru Tal EU fejn kellom stampa cara ta pajjizi ohra membri dwar il minimum wage taghom.
Sfortunatament il gvern Tal PN ghazel li jzomm il minimum wage baxxa biex ikun jista jirriklama lill pajjizna bhala cheap labour country biex jigbed l investiment barrani.
Illum Norman qed jipproponi xi haga li ma tistax issir f daqqa. Kieku Shabu hasbu f din il problema zmien ilu illum mhux qed nitkellmu dwara.
Norman Staqsi lill shabek ghala hallew il minimum wage daqsekk baxxa !!!
Bhal li kieku biz-zieda ta' 58c dal-gvern solva l-problema. U stenna zieda ohra mizera s-sena d-diehla ghax diga' qed jiftahru bl-inflazzjoni baxxa artificjali li ghandna, u allura skond il-gvern laburista mhux se jkun hemm lok ta' zieda suret in-nies. U dan li qal Norman japplika anke ghal-pensjonanti bhali, li f'hafna kazijiet ikollna bzonnijiet specjali.
DeleteFost it-22 pajjiż tal-UE li għandhom paga minima, 12 għandhom paga minima inqas minn ta' Malta filwaqt li huma 9 l-pajjiżi li għandhom paga minima għola minn tagħna.
DeleteFid-disgħinijiet instab mekkaniżmu (il-COLA) maqbul bejn min iħaddem u l-Unions li permezz tiegħu il-paga minima u l-pagi l-oħrajn kollha jiżdiedu skont l-għoli tal-ħajja kull sena.
Permezz ta' dan il-mekkaniżmu bejn l-2008 u l-2015 il-paga minima żdiedet b'€103 fix-xahar, bl-inqas żieda tingħata din is-sena (58ċ fil-ġimgħa).
M'hemmx dubju li dan il-mekkaniżmu iffunzjona tajjeb għal diversi kategoriji ta' ħaddiema, iżda jidher ċar li dan mhux il-każ għal dawk li jaqilgħu l-inqas. Ilni snin ngħid li jrid jinstab mod kif il-paga minima tiżdied konsiderevolment mingħajr skossi kbar għal min iħaddem u għall-ekonomija in ġenerali.
kief dejjem nejdu'' ahna qed naghmlu hazin imma inthom ghamiltu hazin wkoll.Imma kemm ha ndumu stupidi. Iz zewg nahat huma mal employer u mhux ha jghollu il minimum wage. Iz zewg nahat fihom biss jimpurthom u jaqaw u jqumu.
DeleteIt tnejn WEGHDU li ma jollux il minimum wage qabel l ' elezjoni.
Naqbel ma dak li ghidt izda Dan kellu jsir Jew irid isir maqsum Fuq tul ta snin biex ma jkunx hemm skoss kbir fuq min ihaddem. Kellu jsir skond l oppinjoni tieghi snin ilu izda ma sarx min gvern precedenti . Tahseb li jista jsir illum ? Jista jibda jsir iva Imma jrid jiehu is snin biex tizdied Gradwalment.
DeleteTajjeb nghidu li is sistema Tal cola tirrifletti iz zieda Tal gholi Tal hajja. Mela inqas ma tkun iz zieda tfisser li il hajja tkun gholiet bi ftit is sena ta qabel u meta iz zieda tkun ikbar tfisser li il hajja gholiet aktar is sena ta qabel.
Tajjeb nghidu ukoll li l ebda gvern ma jista jgholli din iz zieda kemm irid hu izda jrid izied biss skond kemm johrog min Dan il mekkanizmu.
Kieku il PN meta kien fil gvern haseb biex gradwalment gholla il minimum wage gradwalment kull sena illum din il problema mhux qeda hemm.
Jien carer go mater dei u il paga ta xahar ilu u ta qabel kienet ta mhux iktar minn 650 ta xahar. Nahdmu daqs in nursing aides tal gvern jekk mhux iktar minnhom,u jaqbdu I'd doppju taghna. Lil priministru mhux l ewwel darba li baghtlu e-mail, li issa nahseb xaba jarhom ghax ma ghadux iwiegeb,Jew inkella jista jkun li ma riedx iwiegeb ghax qabzitli u bghatlu e-mail ta kif imiss. Kellna lill missier Manuel u Joseph cushcieri pazzjent ghandna u ghidtilhom fuq il paga taghna u raw b'ghajnejhom stess kemm inkunu busy u ma jisthoqilniex li nigu mhallsa hekk. Qablu mieghu u qalu li ha jresqu l ilment, Tony abela l istess, vici sindku ta marsaxlokk ukoll. Izda dawn l ilmenti ma nahsibx li waslu.
ReplyDeleteUzgur ghax qatt ma esperjenzaw paga mizera u tal biki bhall tieghi.