F’Settembru 2008 Joseph Muscat kien qal lill-Prim
Ministru Lawrence Gonzi biex juża l-VETO u ma jiffirmax il-patt dwar
l-immigrazzjoni maqbul bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
L-ikbar oġġezzjoni ta’ Muscat għal dan il-ftehim kien
il-fatt li l-qsim tal-piż bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (burden sharing) kien se jsir fuq bażi volontarja.
Ilbieraħ Muscat, din id-darba bħala Prim Ministru, kien
qed jiddiskuti l-istess suġġett fi Brussell.
Minkejja li l-emerġenza tal-immigrazzjoni llum hija ikbar
minn qatt qabel, il-burden sharing baqa’
volontarju.
Filwaqt li f’Malta dan il-fatt ma tantx ingħata
importanza, il-gazzetta Taljana Corriere della Sera (lemin) poġġietu fit-titlu.
Muscat li tant kien jinbaħ meta kien fl-Oppożizzjoni wera
li fil-Gvern ma jigdimx.
No comments:
Post a Comment