Wednesday, May 20, 2015

Tiftakru meta konna ngħumu fil-ħara?

Fis-sensiela ‘Gvern Nazzjonalista kien kastig kbir għal Malta’ illum tħabbar li l-baħar li hu mdawwar bih pajjiżna huwa l-iktar nadif fl-Ewropa.

Ovvjament dejjem se jkun hemm dawk li jaħsbu u jemmnu li l-Premier Muscat għamel xi miraklu stil Mosè u l-manna fid-deżert u b’sempliċi tegħmiża ġabna l-aqwa fl-Ewropa. Imma r-realtà mhix dik.

Ir-realtà hi li dan hu riżultat ta’ investiment enormi li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu fi tliet impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ, wieħed f’Għawdex, ieħor fin-north u ieħor fis-south. L-impjant tas-south huwa l-istess wieħed li Muscat qed jgħajjar lin-Nazzjonalisti bih f’tentattiv iddisprat li jiġġustifika l-isfreġju ambjentali li jrid jagħmel fiż-Żonqor.

Għax il-PN lil tas-south għamlilhom impjant tal-ħara, qallhom il-Premier f’Wied il-Għajn. U tgħix kemm ċapċpulu. Kien hemm anke l-Qaħbu taż-Żejtun iċapċaplu. Ma ntebħux dawn iċ-ċapċapa li l-ħara li qed jitnaddaf f’dan l-impjant huwa l-istess ħara li sa ftit snin ilu konna ngħumu fih fil-maġġoranza tal-bajjiet tas-south u ta' bnadi oħra.

Lill-Qaħbu u ċ-ċapċapa l-oħra Muscat ma qallhomx li dawn l-impjanti setgħu jsiru biss bl-għajnuna ta’ fondi Ewropej. Miljuni fuq miljuni li Muscat tgħidx kemm tmasħan biex ma jiġux lejn pajjiżna. Li kien għalih, tas-south, tan-north u ta’ Gozo għadna ngħumu fil-ħara.

U l-Università tal-Ġordaniż minflok sea view kien ikollha shit view.

Mhux xorta!



6 comments:

  1. Malta at top of EU list of bathing water quality: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20150520/local/malta-at-top-of-eu-list-of-bathing-water-quality.568975

    ReplyDelete
  2. Forsi hawn xi talin ta' sta bene majghumux fil-bahar mielah ghax jaghmilhom id--deni jew itttallalhom gisimhom. FORSI TA' LA STA BENE JGHUMU FIL-PUL TAL-VILLEL TAGHHOM JEW XI INDOOR PUL u l-ilma helu mil-osmosis.

    ReplyDelete
  3. daqt issib xi gharef jghidlek li qisek ras zobbu

    ReplyDelete
    Replies
    1. That hit you where it hurt, didn't it?

      Delete
    2. Actually I am agreeing with Norman and taking for a ride those who comment here with no sense.

      Delete
  4. jin nghid li maria xebat tghum fil hara

    ReplyDelete