Dalgħodu kont qed
nisma lis-Segretarju tal-Prim Ministru Sandro Craus jaqra l-gazzetti lis-Sindku
ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar fuq ir-radju Super One.
Craus sab artiklu fuq it-Torċa u tgħidx kemm qal li
n-Nazzjonalisti jobgħodu lil tas-south għax fl-2002 kienu identifikaw 6
postijiet fejn issir miżbla u 5 minnhom kienu fis-south.
Mort naqra l-artiklu tat-Torċa u sibt li finalment, minn dawn
is-sitt siti, il-Gvern Nazzjonalista kien għażel is-sit fin-north biex jagħmel
din il-miżbla. Fil-fatt din il-miżbla saret fl-Għallis fil-limiti tan-Naxxar.
Issa x’se jgħid Craus? Li nduna li n-Nazzjonalisti
jobgħodu iktar lil tan-north?
North u south go din it-toqba ta' pajjiz?
ReplyDeleteDan kollu paroli li jgib il-firda.
GIDDIEBIN - għall-paroli ma jirbħilhom ħadd.
ReplyDelete