Lil dawk li ntebħu llum li xi tnax-il sena ilu l-Knisja Maltija
waqqfet Kummissjoni Ambjent biex tesprimi opinjonijiet fuq kwistjonijiet
ambjentali, nfakkarhom f’dikjarazzjoni iebsa ħafna li din il-Kummissjoni kienet
għamlet fi żmien l-elezzjoni ġenerali tal-2008 (ara taħt).
Dakinhar ħadd ma ħareġ jinsulenta u jipprova jsikket
lill-Arċisqof Cremona. Għax skont tal-Labour kulħadd jista’ jitkellem kemm irid,
imbasta kontra n-Nazzjonalisti!
Fost dawk li llum ingħaqdu fil-kor kontra
l-Knisja hemm l-istilla ġdida tal-Labour Jeffrey Pullicino Orlando, li dan l-aħħar sirna nafu li qed inħallsuh iktar minn €60,000 fis-sena għal part-time job li għalih jidħol l-uffiċċju darba f'ġimgħa. Interessanti li fost
il-każijiet ta' abbuż imsemmija mill-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja fl-2008 hemm art fil-Mistra li fiha
hemm involut l-istess Pullicino Orlando.
Referenza: http://www.independent.com.mt/articles/2008-03-28/news/church-commission-expresses-concern-about-mepa-abuses-205519/
ReplyDeleteForsi issa insibu xi universita ohra, li tibni il mistra hux.
ReplyDelete