Fuq il-venda tgħidx kemm daħku bija u nkewni li m’għandix x’nagħmel meta għidtilhom li fuq il-You Tube sibt xi dibattiti politiċi ta’ żmien żemżem u li kultant qed nintefa’ nara xi wieħed minnhom sakemm tmur għajni bija.
Jien u nara dawn il-filmati skoprejt li l-elezzjoni tal-1987 kienet ikkontestata minn grupp ta’ erbat irġiel li sejjħu lilhom infushom il-‘Partit Demokratiku’. Dawn kellhom il-programm elettorali tagħhom bl-islogan fuq il-faċċata ta’ quddiem jgħajjat ‘Iċ-Ċittadin l-Ewwel’.
Jien ma kontx naf li kien jeżisti dan il-partit żgħir, imma dan l-islogan ma kienx ġdid għalija. U ftakart li dan kien l-istess slogan li uża l-Partit Laburista ta’ Alfred Sant disa’ snin wara l-1987.
Iva, fl-1996 tal-Labour kienu ħarġu bl-istess slogan li dan il-partit ċkejken kien ikkontesta bih disa’ snin qabel. “Qed tara”, qalli wieħed żgħażugħ fuq il-venda, “L-ikkopjar mhux ħaġa tal-politiċi ta’ żmienna biss!”
Permezz tal-You Tube skoprejt ukoll li dan il-Partit Demokratiku kien immexxi mill-Professur Lino Briguglio. Dan Lino huwa ekonomista u jiġi missier Michael, li llum imexxi l-partit Alternattiva Demokratika.
Peress illi jgħidu li l-istorja spiss tirrepeti ruħha, Michael jeħtieġ jibda joqgħod ftit attent xi jgħid u x’ma jgħidx. Għax minjaf Joseph Muscat hux qed jistenna bi ħġaru lil Michael joħroġ bil-programm tal-Alternattiva biex imbagħad jagħmel kif Sant kien għamel lil missieru u jikkopjah?
Kieku jien minn Michael I’ll make sure li din ma tiġrix u qabel Joseph ma jgħid x’se jagħmel, il-programm tal-ħodor ma noħorġux. U jekk Joseph jibqa’ ma jgħid xejn, l-Alternattiva tibqa’ bla programm, basta ma jikkopjawx!
Jekk jew b’hekk, ejja ngħiduha kif inhi, l-Alternattiva x’tambieh programm elettorali li qatt m’hu se jkollha l-poter twettaq!
u ghallura x'inhu l-punt Norman? Jaqaw beda' l-open season tat-tfieh ta'tajn?
ReplyDeleteJekk il-punt ma wasalx huwa kollu tort tieghi ghax ma kkomunikajtux tajjeb. Dan dejjem jekk hemm punt!
ReplyDeleteJien ma narax li dan l-artiklu fih xi tfiegh ta' tajn ghax kull ma fih huma fatti satirizzati. Nifhem pero li hawn min is-satira ma tinzillux tajjeb u li hawn ukoll min lanqas il-fatti ma jdoqqulu.
Pero, jekk trid l-opinjoni tieghi fuq jekk fetahx l-open season nghidlek li dan m'ghalaq qatt. Bizzejjed tara l-blog ta' qabel dan (Joe Grima u d-DNA Nazzjonalista sal-Mewt).
Grazzi tal-kumment tieghek.