Thursday, September 22, 2011

Min jikkopja u min jittraduċi


Ma kellix ħsieb nikteb xi sensiela dwar l-ikkopjar tal-islogans mill-partiti politiċi tagħna, imma wara li l-bieraħ skoprejt li l-islogan elettorali Laburista tal-1996 kien kopja eżatta tal-islogan użat mill-Partit Demokratiku (Malti) disa' snin qabel, kienu ħafna dawk il-Laburisti fuq il-venda li fakkruni li fl-aħħar elezzjoni l-PN ukoll ikkopja l-islogan tiegħu.

Biex ngħidu kollox il-kedda għan-Nazzjonalisti kienet kemmxejn ikbar għax dawn kellhom inizzlu skoss tradutturi minn Brussell biex qalbu l-Ensemble tout devient possible ta' Sorkosy fil-Flimkien kollox possibli ta' GonziPN. Imbagħad kif kienu hawn b'għaxar liri, ivvotaw ukoll.

Wara xi sitt minuti jisma u jixtarr l-argumenti tal-venda fuq min mill-blu u l-ħomor ikkopja l-iktar u l-aħjar, l-ixjeħ wiehed li kien hemm bilqiegħda ġibdilna l-attenzjoni li minkejja li kkopjati, dawn iz-żewġ slogans niżlu tajjeb ferm mal-poplu Malti, tant li fl-1996 rebaħ il-Labour u fl-2008 tellajna lil Gonzi.

4 comments:

  1. Sarkozy mhux Sorkosy :p

    ReplyDelete
  2. Fost il-hafna zbalji ortografici li naghmel b'mod involontarju, l-S flok iz-Z fl-isem Sarkozy saret apposta... min irid jifhem l-ghaliex se jifhem!!

    ReplyDelete
  3. Dak l-anzjan kellu ragun Norman hehe :) Izda ma nemminx li b'just slogan tintrebah elezzjoni. Fl-1996 intrebhet mil-labour nahseb ghax kulhadd kien imdejjaq bis-sitwazzjoni tal-VAT u l-labour qal li se jnehhija. U l-Partit Nazzjonalista nahseb li rebah l-elezzjoni li ghaddiet ghax wieghed it-tnaqqis fit-taxxa ta' l-income tax, apparti affarijiet ohra li kellu vantagg ghalihom il-Partit Nazzjonalista.

    ReplyDelete
  4. Li tittraduci dejjem iktar intelligenti milli tikkopja...translator illum il gurnata jaqla l belli liri!!

    ReplyDelete