Thursday, October 13, 2011

Franco: Jew tivvota Labour jew bla bla bla

L-Assistent Parlamentari li Gonzi ħoloqlu uffiċju f’Kastilja wara li għamillu home visit - Franco Debono ta’ Ħal Għaxaq - qed jgħedded li jekk Austin Gatt ma jerfax responsabbilta` politika għall-bużullotti tal-Arriva (u għar-rotot ġenjali ta’ Transport Malta) hu se jastjeni meta tal-Labour iressqu mozzjoni fil-Parlament kontra s-Sur Aħna Baqalna 20 sena u Intom Oqgħodu Ġerruh.

Franco, ma nafx indunajtx li l-mozzjoni tal-Labour titlob dak li qed titlob int… jiġifieri li Austin Gatt jerfa’ responsabbilta` politika, whatever that means. Ladarba inti qed tgħid li taqbel ma’ din il-mozzjoni tal-Labour, m’għandekx għażla oħra għajr li tivvota favur tagħha. Elementari Watson!

Dal-paroli fuq tastjeni u responsabbilta` politika u teoriji ta’ demokrazija parlamentari mhux għajr logħob għall-gallarija. Jekk vera għandek il-boċċi u għal dak li temmen fih lest titlef is-siġġu u tisparixxi mill-politika, ivvota Labour.

Jekk tastjeni ismek jiżdied mal-lista tal-bla bla bla...

10 comments:

  1. Minn Facebook:
    Toni Valletta: Qed Toqrob L elezzjoni...!!!!!!!

    ReplyDelete
  2. JIEN XORTA GHADNI MA RRIDX L-AIRSHOW!!

    ReplyDelete
  3. Propjament, Franco kontra min ghandu: kontra Austin Gatt jew kontra Manwel Delia?

    ReplyDelete
  4. Franco ghanu l=-guts. J'Alla ikun kulhadd bhalu ghax kieku kull membru joqghod attent u jimxi kif suppost,bla qerq.

    ReplyDelete
  5. Fit-tajjeb u l-hazin tal-PN , PN nibqa ghax dejjem konvint li lahjar ghazla, puncinelli ma nriduhomx!!

    ReplyDelete
  6. I believe in Austin Gatt, thanks for the past when we suffered under a labour government(worst malta times) and thanks for present cause against the world storm, malta is coping although everything is not plain sailing or right.Flimkien kollox possibli.

    ReplyDelete
  7. Minn Facebook:

    Nicholas Farrugia: Nor allura skond int m ghandux dritt juri li ma jaqbilx? M ghandux ghalfejn jivvota labour la l-principji tieghu mhumiex hekk imma lanqas ghandu jaghlaq halqu u ma jitkellimx. Nahseb li kullhadd jaf li hawn kaos fit-tarsport pubbliku u dan mhux tort ta l-ARRIVA ghax f'pajjizi ohra l-Arriva tofri servizzi eccellenti, imma tort ta min ghamel r-rotot.

    Toni Valletta: Bla .Bla .Bla. Nilabu ghal Voti....!!!!

    Maris Dimech: Norman tider li ma tirkibomx Arriva int, u il ministru GATT, TIGU TITNEJKU MIL POPLU.

    Toni Valletta: Nahseb li M.P."s kollha bl Arriva immorru Il Parlament!!!! U halluna...Bla .Bla.Bla...

    ReplyDelete
  8. Minn Facebook:

    Malcolm Seychell: jalla jkun hemm iktar bhal franco. Gonzi zbalja bil kbir li qabez ghall Austin. Jekk verament tal ARriva iddecieda il cabinet kollu fuqa jmissu jsejjah elezzzjoni. Jekk il kabinet qas kapaci jaghmel riforma fit transport, ahseb u ara fuq affarijiet ohra

    ReplyDelete
  9. Veru ghandek ghan\mat fuq ghanejek Norman biex ma tarax fix instab il pajizz

    ReplyDelete
  10. Purcinell Franco. Kont purcinell dak in-nhar u purcinell aktar illum. Issa Malta kolla taf x'int ghax anke lill-Laburisti qazzist. PURCINELL.

    ReplyDelete