Thursday, October 13, 2011
Indipendenti ma tfissirx Laburist
Ma nagħtix tort lil dawk il-Laburisti li jaħsbu li biex tkun ‘indipendenti’ trid tkun bilfors taħsibha bħalhom (jew bħal mexxeja tagħhom).
Dawn kull filgħodu jaqraw l-orizzont li ssejjaħ lilha nfisha ‘ġurnal indipendenti ta’ kuljum’. Allura għalihom ‘kitba indipendenti’ hija dik li jaqraw fl-orizzont u mhux, per ezempju, dik li tinkiteb f’dan il-blog.
Biex iktar iħawwduhom, meta twieldu l-Kunsilli Lokali l-kandidati Laburisti kienu jsejjħu lilhom infushom ‘kandidati indipendenti’. Niftakar li fuq il-ballot paper ma kontx issib l-arma Laburista (l-antika). Imma ħdejn l-iskola kont issib jistennewk in-nies tal-każin biex jinfurmawk lil min minn dawk fil-lista tal-‘indipendenti’ għandek tagħti l-unu.
Bl-użu kostanti matul is-snin tal-kelma ‘indipendenti’ minflok ‘Laburist’, dan is-sinonimu ineżistenti daħal fil-psike Laburista. U msieken dawk li jippożaw tal-‘indipendenti’ u mhumiex pappagalli tal-Labour!
“X’għarukaża! Kif tista’ tkun indipendenti u kultant toqgħod tfaħħar lil Gonzi u tikkritika lil Joseph? Min hu vera ‘indipendenti’ bilfors kontra l-Gvern f’kollox. Kif tista’ taħseb b’moħħok u ma taqbilx ma’ Joseph? Dawn mhumiex għajr lupi ‘Nazzjonalisti’ lebsin ta’ nagħaġ ‘indipendenti’. Dawn għandhom aġenda moħbija u dawn…!”
Tgħid wasal iż-żmien li xi ħadd jgħidilhom lil dawn il-proxxmi li ‘indipendenti’ ma tfissirx ‘Laburist’? Jew għadu ma wasalx iż-żmien għal ftit demokrazija fil-mentalita`?
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
Proset. Erba' kelmiet bil-bajd.
ReplyDeletejekk hawn xi hadt li jahseb li gurnal l-orizzont hu INDEPENDENTI ikun zbaljat. kulhadd jaf xini l-agenda ta` dan il-gurnal . il-poplu jaf jazel. tghid il-prim ministru gonzi kollox hazin jaghmel???
ReplyDeleteKonvenjentement ma semmejtx li tezisti THE MALTA INDEPENDENT li ghandha editur li hu maghruf sew kemm hu nazzjonalist ippatentjat, u issa wkoll prezentatur fuq NET TV. Jekk se ssemmi, semmi kollox Norman!
ReplyDeleteMinn Facebook:
ReplyDeleteVictor Fiorini: "Tgħid wasal iż-żmien li xi ħadd jgħidilhom lil dawn il-proxxmi li ‘indipendenti’ ma tfissirx ‘Laburist’?" No Norman... let them rot in their own ignorance.
Prosit ta' dan il-blog post. Ilqatt il-musmar fuq rasu.
ReplyDeleteMin jaf? Forsi ta Xarabnak jafu jghallmuna d-demokrazija.... jew bondi +!?
ReplyDelete