Friday, March 28, 2014

Il-mina f'Diċembru 13

Illum inawguraw il-proġett tal-mina l-ġdida fi Triq Diċembru 13, proġett ieħor ta’ Gvern Nazzjonalista li tlesta taħt il-Labour.


Dan il-proġett sewa €7 miljuni, li 85% minnhom tħallsu minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Għad-diskors tal-inawgurazzjoni, wara dahar il-Ministru Joe Mizzi poġġew biċċa perspex bi kliem abjad fuq sfond ċelesti tgħid “Gvern li jaħdem”. Ma kitbux li dan il-Gvern huwa magħmul mill-istess nies li ma ridux li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea; l-istess nies li qalulna li rebaħ il-Partnership; l-istess nies li fil-Parlament ivvotaw kontra t-trattat ta’ sħubija; l-istess nies li llum qed jiftaħru li qed jiltaqgħu ma’ ħafna li jgħidulhom kemm kellhom raġun dakinhar.

Jekk jiktbu dan kollu fuq il-perspex, il-mina jkollhom bżonnha biex jistaħbew fiha.

No comments:

Post a Comment