Saturday, April 5, 2014

Tarzna f'Birzebbuga

24 ta’ Marzu: Il-Prim Ministru jikteb lill-Bord tal-MEPA appuntat minnu stess biex iwissieh li jekk ikun hemm min JAPPELLA kontra l-permess għat-tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk hu se jiġi jaqa’ u jqum u jibqa’ għaddej bil-proġett.

5 ta’ April: Il-Gvern tal-Prim Ministru jħabbar li se JAPPELLA minn deċiżjoni li ħa l-Bord tal-MEPA appuntat minnu stess li approva permess biex fil-Freeport isir xogħol li soltu jsir f’tarzna. 

Tgħid tal-Freeport se jagħmlu bħal ma qal li se jagħmel il-Prim Ministru fil-każ tat-tanker tal-gass u se jiġu jaqgħu u jqumu mill-appell u jibdew bix-xogħolijiet?

Tgħid l-eżempju se jkaxkar?

No comments:

Post a Comment